Left arrow Go Back

IL-QORTIN: SPAZZJU RIKREATTIV U ARJA NADIFA

PR0933
Date Icon 20/05/2010

Illum il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono flimkien mal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żaru l-Qortin ftit jiem biss wara li l-MEPA, approvat il-permess għar-Riabilitazzjoni tal-Qortin.

Is-CEO tal-kumpanija Wasteserv Vince Magri tkellem dwar l-avvanz li diġà sar kemm ilu magħluq dan is-sit. Huwa spjega li issa li nħareġ il-permess tar-riabilitazzjoni tal-Qortin ser jinbdew ix-xogħlijiet sabiex dan is-sit jinbidel f’post rikreattiv u avventuruż għall-familja kollha, b’logħob innovattiv kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar kif ukoll postijiet fil-miftuħ sabiex jitgawdew il-veduti sbieħ li dan il-post joffri.

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono sostniet li t-tkomplija tal-proċess ta’ riabilitazzjoni tas-sit tal-Qortin, huwa pass konkret fl-impenn tal-gvern biex Għawdex jilħaq miri ta’ żvilupp sostenibbli. “Dik li kienet l-akbar ġerħa ambjentali tal-gżira ta’ Għawdex, se tinbidel f’sit ta’ sbuħija naturali, li jista’ joffri rikreazzjoni għall-familji kollha,” żiedet tgħid il-Ministru Debono. Hija semmiet kif permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ l-MRRA u l-WasteServ, il-Ministeru għal Għawdex huwa impenjat fi proġetti ambjentali oħrajn bħal ma huma t-twaqqif tas-Civic Amenity Site, Waste Transfer Station u proġetti oħra ta’ afforestazzjoni. Dan ankè fl-ambitu ta’ ħidma oħra biex jiġu milħuqa l-objettivi fil-kuntest tal-viżjoni eko-Għawdex.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pulliicno, sostna li dan huwa pass ieħor fi twettieq ta’ wegħda elettorali oħra, sabiex il-miżbliet il-magħluqa jkunu riabilitati u mgħoddija lura lin-nies fi spazju miftuħ għar-rikreazzjoni tal-familji Maltin u Għawdxin. Il-Ministru Pullicino żied jgħid li permezz tal-kumpanija Wasteserv għaddej ix-xogħol sabiex jiġu estratti l-gassijiet ħżiena. Għaldaqstant ġie nstallat impjant b’investiment ta’ ‘l fuq minn €1 miljun li sa llum tratta ‘l fuq minn 340 tunnellata ta’ gass Carbon Dioxide (diossidu tal-karbonju - CO2).

Ir-riabilitazzjoni tal-Qortin qed issir b’investiment ta’ madwar €3.5 miljuni kofinanzjati minn fondi Ewropej. Permezz tar-riabilitazzjoni tal-miżbliet il-magħluqa l-poplu jgawdi minn spazju miftuħ għar-rikreazzjoni u arja aktar nadifa

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow