Left arrow Go Back

15-IL NUTAR ĠDID JINGĦATAW IL-WARRANT MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI

PR0928
Date Icon 20/05/2010

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi llum mexxa ċerimonja li fiha ngħataw il-warrants ‘l 15-il nutar u nutara ġodda.  Huwa ferhilhom għal dan il-pass importanti li huma wettqu fil-ħajja professjonali tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern jinsab impenjat b’diskussjonijiet mal-Kunsill tan-Nutara biex iwettaq titjib għal-liġi li tirregola l-istess Kunsill, biex dan ikollu iżjed setgħat u għalhekk ikun hemm definizzjoni aħjar ta’ x’inhuwa r-rwol tan-nutar.

Jason Azzopardi qal li n-nutar huwa uffiċjal pubbliku, għalhekk il-valur tal-onesta’ għandu jkun ċentrali fil-ħidma ta’ kuljum tiegħu.  Huwa qal li l-professjoni ta’ nutar hija ċentrali fl-iżvilupp ta’ soċjeta’ moderna, u għalhekk hija waħda mill-iktar importanti.

Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lin-nutara ġodda biex ikomplu jżommu lilhom infushom aġġornati akkademikament mal-iżviluppi li jseħħu fil-professjoni tagħhom.  Huwa qal li għalkemm is-sodisfazzjon tal-lum huwa ġustifikat, dan huwa biss bidu ta’ proċess ta’ tagħlim li jibda hawn.  Jason Azzopardi kompla li l-edukazzjoni formali tagħti l-għodda b’xiex wieħed jaħdem, il-professjoni wieħed jitgħallimha mill-esperjenza.

Jason Azzopardi nnota b’sudisfazzjon li l-maġġoranza tan-nutara li ngħataw il-warrant illum huma nisa, xi ħaġa li tawgura tajjeb filwaqt li tirrifletti iż-żminijiet li ngħixu fihom.

In-nutara li ngħataw il-warrant illum huma:

Mark Abela

Alyssa Manuela Attard

Paula Attard

Charmaine Azzopardi

Katia Cachia

Lara Camilleri

Jeanette Carabott

Abigail Marie Caruana

Anna Debono

Loredana Debono

Marilyn Dimech

Ruth Antoinette Grima

Christian Magri

Rachael Muscat u

Tiziana Maria Refalo

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow