KUMITATI AMMINISTRATTIVI B’RESPONSABBILTAJIET FINANZJARJI DIRETTI
Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali jtenni li s-16-il Kumitat Amministrattiv fil-gżejjer Maltin
• se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom 1.8 miljun ewro fis-sena (ċifra bbażata fuq l-allokazzjoni tal-2010);
• se jingħataw aċċess għal flus minn fond speċjali li se jitwaqqaf apposta biex jintuża minnhom tul l-ewwel sitt xhur tal-ħidma tagħhom;
• se jkunu jistgħu japplikaw biex jużaw waħda min-numru kbir ta’ skemi ta’ għajnuna amministrati mid-Dipartiment għal Gvern Lokali;
• se jkollhom aċċess għall-Fond għall-Iżvilupp Urban;
• u qed ikunu mħeġġa japplikaw biex jużaw il-fondi tal-Unjoni Ewropea (se jingħataw għajnuna b’xejn biex jagħmlu dan).
Il-budget ta’ 1.8 miljun ewro li jinsab għad-dispożizzjoni tal-Kumitati Amministrattivi se jkun jista’ jintuża biss fi proġetti u f’inizjattivi li jitwettqu fil-konfini tal-Kumitati Amministrattivi. Il-Kunsilli Lokali m’għandhom l-ebda dritt jużaw dawn il-fondi fuq inħawi oħra tal-istess lokalitajiet li ma jkunux jinsabu fil-konfini tal-Kumitati Amministrattivi rispettivi.
Sakemm il-Kumitati Amministrattivi ma kienux jeżistu, il-Kunsilli Lokali setgħu jużaw dawn il-flus biex jagħmlu proġetti f’liema parti tal-lokalita’ tagħhhom riedu. Issa d-deċiżjoni finali fuq l-użu ta’ dawn il-flus taqa’ f’idejn il-Kumitati Amministrattivi.
Dan juri kemm l-interessi tal-komunitajiet u tal-Kumitati Amministrattivi li jirrappreżentawhom qed jingħataw l-importanza li jixirqilhom.
Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali ifakkar li d-deċiżjonijiet tal-Kumitati Amministrattivi huma finali u ma jistgħux jinbidlu mill-Kunsilli Lokali li jiġu fuqhom.
Dan jgħodd sakemm ix-xogħlijiet jew inizjattivi proposti mill-Kumitati Amminstrattivi ma jkunux illegali, u sakemm ikun hemm fondi biżżejjed fil-budget allokat lilhom biex jitwettqu inizjattivi f’dik il-lokalita’.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990