STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU JIĊĦAD DAK LI QAL IL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jiċħad l-allegazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat li l-Prim Ministru dam 8 xhur biex jinforma lill-PulizIja dwar l-allegazzjoni.
Hekk kif kien infurmat bl-allegazzjoni, il-Prim Ministru kellem lill-Kummissarju tal-Pulizija u talbu jagħmel l-investigazzjonijiet kollha li huma meħtieġa.
Dal-għodu, fil-Parlament, il-Prim Ministru spjega sekwenza tal-fatti u qal li kien il-bieraħ li ġie infurmat bl-allegazzjoni u immedjament ħa passi billi informa lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Għaldaqstant dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni kif kwotat fi stqarrija tal-Oppożizzjoni li l-Prim Ministru “qagħad jistenna 8 xhur qabel ma informa lill-Pulizija” hi falza.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990