Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI - KUNDANNA GĦALL-ATT VANDALU FUQ SIĠAR FIL-QALA

PR0887
Date Icon 15/05/2010

Kundanna għall-att vandalu fuq siġar fil-Qala

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jikkundanna l-att vandalu li wassal biex tqaċċtu madwar 60 siġra taż-żebbuġ u r-rummien li kienu tħawlu minn tfal tal-iskola fil-Qala, Għawdex f’Marzu li għadda.

Dawn is-siġar kienu tħawlu fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Qala, flimkien mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affairjiet Rurali u kienu jġibu l-isem ta’ diversi tfal tal-iskola li kienu ħawluhom u baqgħu jieħdu ħsiebhom.

Il-Ministeru jinnota li dan l-att vandalu mhux se jaqta’ qalb it-tfal u l-Kunsill Lokali li ħawlu s-siġar u japprezza li se jitħawlu siġar ġodda minflok dawk imqaċċta.  Il-Ministeru jemmen li dan hu l-aqwa mod kif jingħeleb dan il-vandaliżmu, li mhux xejn għajr attakk kontra l-ambjent u kontra l-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow