PREZZIJIET TA’ STOCKS TAL-GVERN
B’referenza għall-Press Release Nru.0824, ta’ nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Mejju, 2010 dwar ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock li jidher hawn taħt, huwa kif ġej:
(i) 3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2015 (VI) Fungibility Issue bi prezz ta’ €102.80 b’YTM ta’ 3.19%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.22%;
(ii) 4.6% Stock tal-Gvern ta' Malta 2020 (II) Fungibility Issue bi prezz ta’ €102.50 b’YTM ta’ 4.29%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.33%; u
(iii) 5.25% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2030 (I), bi prezz ta’ €99.50 b’YTM ta’ 5.29% li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 5.36%.
L-applikazzjonijiet jiftħu nhar t-Tnejn 17 ta’ Mejju, 2010 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal- Accountant General:
(i) fil-5.00pm l-Erbgħa 19 ta’ Mejju, 2010 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u
(ii) f’nofsinhar il-Ġimgħa 21 ta’ Mejju, 2010 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.
Aktar tagħrif dwar dawn l-‘istocks’ jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-‘website’ tat-Teżor (www.treasury.gov.mt)
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990