Left arrow Go Back

JITĦASSRU 12-IL TITJIRA MINN MALTA

PR0843
Date Icon 11/05/2010

Wara li f’dawn l-aħħar jiem il-vulkan Islandiż reġa’ beda jarmi l-irmied, li għal darb’oħra kellu effett fuq it-titjiriet bl-ajru minn diversi pajjiżi fosthom l-Irlanda, l-Iskozja u Spanja, tliet kumpanniji tal-ajru ħassru bejniethom 12-il titjira minn u lejn Malta.

Il-kumpanija tal-ajru Air Malta ħassret erba’ titjiriet minn Milan u Stuttgart; il-kumpannija Ryanair ħassret sitt titjiriet minn Dublin, Edinburgh u Madrid; filwaqt li l-kumpannija Veuling ħassret żewġ titjiriet minn Barċellona.

Hu stmat li bejniethom dawn kellhom fuqhom madwar 1,000 passiġġier (2,000 moviment), li madwar 700 minnhom kienu turisti.

Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli għat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed isegwu din is-sitwazzjoni ġdida.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow