Trasferiment tat-taqsima CommCare
Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` jinforma l-pubbliku li b’seħħ mill-Erbgħa 5 ta’ Mejju 2010, il-CommCare Unit ġiet trasferita minn 7, Harper Lane, il-Furjana għal CommCare Unit, Sptar San Luqa, G’Mangia.
CommCare taħseb biex il-pazjenti kollha li qegħdin jirċievu kura fi ħdan il-komunita`, ikunu qed jingħataw din il-kura b’mod shih. L-għanijiet ewlenin tal-CommCare huma dawk li jingħataw u jkunu koordinati numru ta’ servizzi, speċjalment lil persuni li jinħtieġu kura fid-djar tagħhom bil-għan li l-istess persuni jkunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti.
L-istess Taqsima għandha l-funzjoni wkoll ta’ regolatur għal kura fir-residenzi kif awtorizzata mid-Dipartiment tas-Saħħa u allura hi wkoll l-ewwel sors ta’ referenza fir-rigward ta’ servizzi mitluba mill-MMDNA.
Biex jingħataw dawn is-servizzi kollha l-CommCare Unit għandha assenjati magħha numru ta’ professjonisti, fosthom infermieri, occupational therapists u fiżjoterapisti. Dan it-team jaħdem mill-qrib ma’ strutturi u entitajiet oħra fil-qasam tas-saħħa u kura soċjali fi sforz biex jindirizza dawk il-bżonnijiet li jkunu meħtieġa.
Apparti l-bidla fl-indirizz, CommCare issa għandha wkoll numru tat-telefown ġdid li hu; 2595 2595. Possibbilment kwalunkwe kuntatt ma’ CommCare għandu jsir bejn is-7.30am u s-2.00pm. Kull kuntatt wara dawn il-ħinijiet għandu jsir biss f’każ ta’ natura urġenti. L-indirizz elettroniku tagħna huwa; commcare@gov.mt
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990