Left arrow Go Back

Front office gdid fl-ufficcju tal-Kunsill Lokali Mqabba

PR0809
Date Icon 05/05/2010

“Il-Kunsilli Lokali għandhom jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti tagħhom u jkunu aċċessibbli għal kulħadd. Ir-residenti kollha għandu jkollhom il-faċilita’ li jinqdew b’mod komdu u konvenjenti sabiex il-kunsilli lokali ikunu tassew one stop shop fil-lokalita” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor. Chris Said meta inawgura uffiċjalment front office ġdid aċċessibbli għal kulħadd fil-bini amministrattiv tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba.

Il-Kunsill Lokali tal-Imqabba jopera minn post antik skedat u, minħabba dan, ma kienx joffri aċċessibilita totali lir-residenti. Bil-ftuħ ta’ Front Office fis-sular t’isfel tal-bini amministrattiv issa s-servizzi offruti mill-Kunsill Lokali huma aċċessibbli għal kulħadd. L-uffiċċju l-ġdid se joffri servizzi relatati ma’ permessi, ħlasijiet, applikazzjonijiet u informazzjoni, u se jilqa’ wkoll ilmenti u suġġerimenti.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li wiehed mill-iskopijiet principali tat-tiġdid tal-kunsilli lokali kien li mill-ufficcji amministrattivi tal-kunsilli lokali jingħataw aktar servizzi lir-residenti u li jkun hemm aċċessibilta akbar. Għal dan il-għan il-Gvern nieda skema speċjali ta’ finanzjament għall-aċċessibilita’ li minnha bbenefikaw dawk il-kunsilli lokali li kien għadhom qed joperaw minn uffiċċji mhux aċċessibli għal kulħadd.

Chris Said qal ukoll li aċċessibilita’ ma tfissirx biss l-aċċess fiżiku għall-uffiċċji tal-kunsilli lokali iżda wkoll il-ftuħ tal-uffiċċji f’ħinijiet konvenjenti għar-residenti. Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz tad-deċiżjoni li l-kunsilli lokali jiftħu is-Sibt, dawk ir-residenti li jaħdmu matul il-ġimgħa qed ikollhom iċ-ċans li jagħmlu użu mis-servizzi li joffru l-kunsilli lokali.

Mat-tiġdid tal-kunsilli lokali, il-kunsilli ħadu f’idejhom il-ħarsien tal-patrimonju tal-lokalitajiet u Dr. Chris Said innota b’sodisfazzjon li bil-proġett tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi mhux biss se jingħata servizz aħjar lir-residenti izda ġiet restawrata parti oħra mill-bini skedat li jilqa’ fih il-ħidma tal-Kunsill Lokali.

Ix-xogħol fuq il-front office ġdid tal-Kunsill Lokali sar bl-għajnuna tal-ħaddiema assenjati mal-Kunsill Lokali taħt l-iskema IPSL. Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-ħaddiema tal-IPSL huma għodda oħra li l-Gvern għadda lill-kunsilli lokali biex jiffunzjonaw aħjar. Dan jikkumplimenta l-għajnuna finanzjarja li l-Gvern qed jgħaddi lill-kunsilli lokali permezz ta’ żieda sostanzjali fl-allokazzjoni diretta, skemi speċjali u għajnuna biex il-kunsilli lokali jibbenefikaw aktar mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow