Il-konsumatur Malti protett minn madwar 20,000 standard
Il-MSA ticcertifika 240 garaxx ghas-servizz konsistenti u ta’ kwalita’ gholja li joffru
Il-konsumatur Malti hu protett minn madwar 20,000 standard li hafna minnhom tfasslu fl-Ewropa u kienu addottati minn pajjizna. Tnax-il standard iehor tfasslu mill-esperti mqabbda mill-Awtorita’ Maltija ghall-Istandards (Malta Standards Authority – MSA). Is-sena li ghaddiet il-MSA harget standard dwar id-distribuzzjoni tal-halib u ohra dwar ir-remote gaming. Bhalissa qed ikunu finalizzati standards dwar il-bejgh tal-hut u dwar il-kwalita’ tal-hxejjex u l-frott Malti.
Is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, l-Onor. Chris Said habbar dan meta ipprezenta certifikat ta’ standard imgedded lil John’s Auto Care, taqsima fi hdan il-kumpanija John’s Garage, li tinsab f’Hal Qormi.
Din il-kumpanija ghadha kemm investiet f’makkinarju tal-ahhar teknologija li jintuza ghall-panel beating u spraying tal-karozzi. Ic-certifikat moghti lil John’s Auto Care juri li din il-kumpanija tista’ taghmel kull tip ta’ tiswija possibbli fuq vetturi li tkun saritilhom hsara f’xi incident. Permezz tal-makkinarju l-gdid John’s Auto Care se tnaqqas l-emissjonijiet fl-arja bi 80 fil-mija. Fuq kollox il-kumpanija se tikkonsma n-nofs tal-energija li kienet tahli bl-apparat l-antik.
Ic-certifikat ta’ standard MSA 1400:2006 jinhareg biss lil dawk il-garaxxijiet li b’mod konsistenti jilhqu kriterji u livelli ta’ tiswijiet fuq vetturi li jizguraw is-sigurta’ ta’ min qed isuqhom, tal-passiggieri, ta’ sewwieqa ta’ vetturi ohra, u tan-nies li jkunu fit-triq. Dawn il-vetturi jkunu jistghu jirritornaw fit-toroq wara li ssirilhom it-tiswija mehtiega f’garaxxijiet certifikati fuq talba diretta tal-kumpaniji tal-assikurazzjoni.
L-MSA f’dawn l-ahhar tliet snin, iccertifikat 240 garaxx ghall-konsistenza fil-kwalita’ tas-servizzi li joffru lill-klienti taghhom. Ic-certifikat MSA 1400:2006 ilu jinhareg mill-2007 u jinghata lill-garaxxijiet li jaghmlu tiswijiet ta’ vetturi bil-mutur li jkunu involuti f’incidenti tat-traffiku.
Spezzjonijiet fil-garaxxijiet certifikati mill-MSA jsiru mill-anqas darba fis-sena u dawn huma mehtiega biex ikun assigurat li n-negozji jkunu qed izommu mal-istandards mitluba. Il-kumitat tekniku li fassal l-istandard MSA1400:2006 kien maghmul minn membri kompetenti u rapprezentanti ta’ diversi ghaqdiet u korporazzjonijiet fosthom il-Malta Insurance Association, Transport Malta, il-GRTU, l-MCAST, l-ETC u l-Assocjazzjoni tal-Importaturi tal-Karozzi.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said tkellem dwar l-importanza li l-konsumatur Malti jkun edukat biex ifittex dawk in-negozji li joffrulu l-ahjar servizz u l-ahjar prezz. “L-istandards jezistu biex jipprotegu lill-konsumatur. Permezz taghhom il-konsumatur ikun jaf x’ghandu jippretendi mis-servizz li jkun qed jircievi.”
Chris Said sostna li servizz ta’ livell gholi hu fl-interess tal-klient kif ukoll fl-interess ta’ min jipprovdih. Dan ghaliex tnaqqis fil-livell u fil-kwalita’ tas-servizz offrut jista’ jwassal ghal tnaqqis fil-klientela. Min-naha taghha, l-MSA ghandha tassigura li l-livelli ta’ kwalita’ mehtiega u stabbiliti minnha stess jigu osservati.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said tenna l-impenn tal-Gvern favur il-harsien tal-konsumatur u sostna li f’dawn il-gimghat qed tkun finalizzata Politika tal-Konsumatur gdida u aktar effettiva. Bhalissa qed jithejja Abbozz ta’ Ligi li permezz tieghu se titwaqqaf Awtorita’ ghall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni. Fil-gimghat li gejjin dan mistenni jitressaq ghall-konsultazzjoni tal-imsiehba socjali u s-socjeta’ civili. Din l-awtorita’ ghandha tghin biex il-konsumatur jinqeda ahjar u d-drittijiet tieghu jitharsu. B’hekk se tkun qed titwettaq weghda ohra mill-Programm Elettorali tal-Gvern.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990