Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET IŻUR IL-BORD TAL-KOPERATTIVI

PR0794
Date Icon 04/05/2010

Illum is-Segretarju Parlamentari għal Negozji żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi żar il-Bord tal-Koperattivi fl-uffiċini tagħhom fi Triq Melita fil-Belt Valletta. Huwa qal li l-Gvern jemmen fil-koperattivi u huwa mpenjat li joffri spalla ta’ sostenn biex jiġu indirizzati l-isfidi ta’ dan is-settur filwaqt li jinstabu s-soluzzjonijiet biex dawn jimirħu u jikbru fix-xogħol tagħhom.

Jason Azzopardi qal li f’Malta il-popolazzjoni ta’ membri ta’ koperattivi tgħodd għal iktar minn 4,700. Dan ifisser li numru kbir ta’ familji Maltin jieħdu l-għixien tagħhom minn attivita’ li mhix ibbażata fuq il-prinċipji kapitalisti, iżda ssegwi prinċipji u valuri li jpoġġu l-individwi qabel il-profitt. F’Malta għandna 57 kooperattiva reġistrati, b’uħud minnhom imorru lura sas-sena 1946, meta saret l-ewwel liġi li tirregola il-koperattivi. Fis-sena 2007, il-koperattivi kollha f’Malta għamlu turn-over ta’ €54miljun

Is-Segretarju Parlamentari semma iż-żewġ koperattivi, li żar il-ġimgħa li għaddiet fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem – Il-Koperattiva tal-Foremen tax-Xatt, u l-Koperattiva tal-Piloti Marittimi huma tassew storja ta’ suċċess, li hija riflessa b’mod ħaj fis-sens ta’ sodisfazzjon evidenti fil-ħaddiema li jiffurmaw parti minn dawn il-koperattivi. Iż-żewġ każijiet huma prova ċara ta’ kemm koperattiva tista’ topera b’suċċess. Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi għamel referenza għar-rapport li nieda l-Gvern wara l-Budget tal-2008. Huwa qal li l-Gvern qed janalizza u jifli dan ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet li saru fih.

Jason Azzopardi qal li lokalment teżisti il-perċezzjoni żbaljata, li koperattiva għandha x’taqsam bil-fors mal-biedja jew is-sajd. Iżda dan mhux minnu, għax huma biss 20 minn 57 il-koperattivi li jaħdmu f’dawn is-setturi. Kif huwa ppruvat mill-maġġoranza, koperattiva tista’ tagħmel suċċess fi kwalunkwe settur, u dan għandu jiġi nkoraġġit anke fil-livelli post-sekondarji tal-edukazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow