Diskors mill-Onor. Tonio Borg, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin lill-Kunsill Generali tal-Union Haddiema Maghqudin, bit-tema: Il-Golf Gharbi: L-Impenn tal-Gvern biex ihajjar investimen gdid f’pajjizna – Furjana – 4 ta
Segretarju Generali,
Membri tal-Kunsill,
Inħossni onorat li ġejt mistieden hawn illum biex nindirizza lil persuni li jiffurmaw parti integrali tal-mutur tal-ekonomija tagħna. Il-ħsieb tiegħi illum huwa li naqsam magħkom l-esperjenza tiegħu fiż-żjara flimkien mal-Prim Ministru fil-pajjiżi tal-Golf Għarbi u kif din iż-żjara tifforma parti integrali tal-viżjoni 2015.
Nibda biex nagħti ħarsa lejn dan ir-reġjun u lejn ir-raġunijiet għaliex huwa daqsekk importanti għalina. Fit-tieni parti ser nagħti ħarsa lejn iż-żjara u nikkonkludi billi inħares il-quddiem għall-prospetti li dan ir-reġjun għandu għal pajjiżna.
Il-Golf Għarbi
Il-Golf Għarbi, mgħaruf bħala l-Pajjiżi tal-Golf Persjan huwa grupp ta’ Sitt pajjiżi monarkiċi Għarab li fl-1981 iffurmaw il-Gulf Cooperation Council (GCC). Il-pajjiżi huma : il-Kuwait, il-Bahrain, is-Sawdi, il-Qatar, l-Emirati Għarab Maqgħuda u l-Oman.
Fuq l-istess linji tal-Unjoni Ewropeja, il-GCC hija unjoni politika, ekonomika, soċjali kif ukoll reġjonali. Hija bbażata fuq il-prinċipju li flimkien il-pajjiżi membri huma aktar b’saħħithom f’dinja li iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar issir diffiċli tibqa waħdek. Hija unjoni bbazata fuq ħtiġijiet komuni internazzjonali li l-istati membri ħassew fis-snin tmenin li huma importanti għall-futur tagħhom. Apparti is-sistemi governattivi kif ukoll ħafna xejriet kulturali li huma simili, l-ekonomiji ta’ dawn il-pajjiżi membri huma kollha bbażati fuq il-produzzjoni taż-żejt u il-gas. F’dawn l-aħħar xhur ir-riċessjoni globali laqtet ukoll il-Golf Għarbi u deher biċ-ċar l-importanża li għandha din l-Unjoni għal pajjiżi membri.
Xi ftit ċifri
Tajjeb li qabel ma nidħol fid-dettalji taż-żjara tagħna nħarsu ftit lejn ċifri li jgħatu indikazzjoni ċara għala dan ir-reġjun huwa strateġikament importanti għal pajjiżna.
Il-pajjiżi tal-Golf flimkien jgħoddu l-fuq minn 40 miljun ruħ, miġbura f’żona ta’ kummerċ ħieles. Il-GDP per capita ta’ dawn il-pajjiżi huwa ta’ $22,000. Iż-żieda fil-prezz taż-żejt f’dawn l-aħħar snin kellu effett mhux żgħir fuq it-tkabbir ta’ l-ekonomiji ta’ dan ir-reġjun. Naturalment ir-riċessjoni affetwat ftit li xejn lill-ekonomiji tar-reġjun li jibqgħu fost l-ekonomiji l-aktar b’saħħithom fid-dinja. L-interess f’dawn is-swieq hija ta’ importanza enormi għal pajjiżna li bħala membru tal-Unjoni Ewropeja u membru taz-żona ewro toffrilna opportunatijiet ta’ skambju u investiment liema bħalhom. Il-fatt li aħna pajjiż zgħir li dejjem kellna relazzjonijiet mill-aqwa ma’ dawn il-pajjiżi tpoġġina f’pożizzjoni eċċezzjonali li nibbenefikaw, kif infatti diġa huwa il-każ, minn aktar opportunitajiet għall-industrija u l-intrapriża tagħna. Fl-istess ħin ngħarrfu il-potenzjal li dawn il-pajjiżi joffru f’termini ta’ investiment ġdid għal pajjiżna li fl-aħħar mill-aħħar isarraf f‘aktar postijiet tax-xogħol. Minn naħa tagħna għarafna dan il-fatt u qed ngħamlu ħilitna kollha biex mill-kliem immorru għall-fatti. F’dan is-sens iż-żjara tagħna kienet suċċess.
Iż-Zjara tagħna fil-Golf
Id-delegazzjoni li kienet immexxija mill-Prim Ministru kienet tinkudi wkoll
- Lill-Ministru Tonio Fenech
- L-Ambaxxatur Godwin Montanaro
- Il-Malta Enterprise
- L-Awtorità tat-Turiżmu
- Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Intrapriża
- Finance Malta
- GRTU
- Delegazzjoni kummerċjali ta’ madwar 30 peruna
Qed nagħmlu minn kollox biex iż-żjarat uffiċjali barra minn Malta jinkludu wkoll delegazzjonijiet kummerċjali. Kummerċjanti Maltin u Għawdxin qed jingħataw l-opportunità li jgawdu minn kuntatti diretti organizzati mill-Malta Enterprise u l-Ambaxxati tagħna fil-pajjiżi li inżuru. F’dawn l-aħħar sentejn mexxejt delegazzjonijiet kummerċjali fil-Portugall, l-Ukraina, fil-Polonja, u fil-Qatar . Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed jinbidel skond iċ-ċirkostanżi u l-bżonnijiet ta’ pajjiżna. Illum, bħala membru tal-Unjoni Ewropeja irridu insaħħu il-pożizzjoni tagħna barra minn xtutna. Irridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex dan il-pajjiż isir ċentru ta’ eċċellenza f’diversi oqsma fosthom fl-edukazzjoni, fl-informatika u fis-servizzi finanzjarji.
Irridu nkomplu nibu fuq is-suċċessi li rreġistra pajjiżna s’issa. Is-settur tal-avjazzjoni huwa eżempju ta’ dan is-suċċess. Dan qed ikun importanti ħafna għall-pajjiżna, mhux biss għax kumpaniji internazzjonali kbar fit-tiswija tal-ajruplani bħall-Lufthansa Technik u l-SR Technics għażlu l-Malta biex jinvestu, iżda wkoll fil-ġranet li għaddew il-Parlament Malti iddiskuta kif se jkun qed isaħħaħ il-liġijiet Maltin biex joħloq ambjent li fih ikunu reġistrati iktar ajruplani f’Malta, kif diġà jsir, b’suċċess, fil-qasam marittimu.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ilu konxju ta’ din ir-realta’. Taħt it-tmun tiegħi qed inwettqu programm mall-Ambaxxaturi u Konsli Maltin residenti Malta kif ukoll barra minn Malta biex ikunu dejjem iktar aġġornati fuq dak li toffri l-ekonomija ta’ Malta. Fl-istess waqt ikunu jistgħu iwasslu aħjar il-potenzjal ta’ Malta biex tattira aktar investiment.
Insemmu l-laqghat mad-diversi istituzzjonijiet li jmexxu l-ekonomija li kellhom l-Ambaxxaturi u il-Konsli Maltin meta inġabru Malta għall-laqgħa annwali tagħhom. Kull minn jirrapreżenta lill-pajjiżna jaf li l-għan ewlieni tal-posizzjoni tiegħi hija waħda – li nattiraw aktar investiment lejn Malta kif ukoll niffaċilitaw il-kuntatti kummerċjali bejn il-Maltin u il-barranin.
Iz-żjara fil-Golf kienet parti mill-viżjoni tagħna għal pajjiż integrat sew fl-ekonomija globali, minkejja riċessjoni li ġabet lil pajiżi, anki ġirien tagħna, għal rkuptejhom. Huwa inkoraġġjanti li fix-xahar ta’ Marzu il-qgħad naqas bi 300 ruħ meta imqabbel ma’ Frar. Dan ħareġ biċ-ċar fil-laqgħat kollha li kellna fil-pajjiżi li żorna. Aħna żorna erbgħa mis-sitt pajjiżi fiż-żona ta’ kummerċ ħieles tal-Golf li huma:
Emirati Għarab Magħquda
Abu Dhabi
· Iddiskutejna ir-relazzjonijiet bilaterali
· Spjegajna lill-investituri minn Abu Dhabi x’joffri pajjiżna
· Aċċenn fuq Smart City kif ukoll it-titjib fil-konessjonijiet bl-ajru bejn iż-żewġ pajjiżi
· L-opportunitajiet li toffri Malta fis-settur tat-turiżmu, l-edukazzjoni u Għawdex.
Ma minn iltqajna
· Business Forum – il-Prim Ministru indirizza madwar mitt negozjant minn Abu Dhabi fil-preżenza tal-Ministru tal-Kummerċ ma Barra tal-Emirati.
· Fi tmiem il-Business Forum Is-Sur. Alan Camilleri tal-Malta Enterprise iffirma Memorandum of Understanding mad-Direttur Ġenerali tal-Abu Dhabi Chamber of Commerce and Industry.
· Laqgħat wiċċ imbwiċċ ma imprendituri Maltin u minn Abu Dhabi.
· Laqgħa mal-Maltin li jaħdmu Abu Dhabi li kompliet issaħħaħ it-teżi tagħna li hemm ħafna potenzjal ta’ investiment barrani
· Laqgħa maċ-Chief Operations Officer ta’ Mubadala Aerospace fejn ġie iffirmat ftehim bejn Technics u l-Malta Industrial Parks. Sodisfazzjon mill-operaturi tal-linja tal-ajru Etihad Airways, li għada kif ordnat ix-xiri ta’ 100 arjuplan ieħor, tax-xogħol li tlesta Malta fuq l-arjuplan taghħom. Tassew illum pajjiżna jinsab fuq il-mappa ta’ din l-industrija u l-fama tagħna qed tikber b’pass mgħaġġel.
Bahrain
· Pajjiż li qed jikber b’rata mgħaġġla;
· Problemi fi-provvista tal-ilma; jużaw desalination plants;
· Settur finanzjarju b’saħħtu;
· Diskussjonijiet speċjalment dwar it-turiżmu, is-servizzi finanzjarji, l-edukazzjoni u l-industrija tal-avjazzjoni.
Organizzajna matul iż-żjara;
· Finance Malta organizzat seminar għas-settur finanzjarju flimkien mal-Financial Times. Indirizzaw is-seminar il-Prim Ministru u il-Ministru Tonio Fenech li spjegaw l-opportunitajiet li toffri Malta fis-settur finanzjarju.
Laqghat Politiċi ġew organizzati bejn:
· Mal-Prim Ministru Sheikh Khalifa bin Salman al-Khalifa
· Viċi Prim Ministru mal-Ministru ta’ l-Istat tal-Affarijiet Barranin Dr. Nizar bin Sadeq Al Baharna. Ġie diskuss ftehim fuq konsultazzjoni politika bejn il-Ministeri rispettivi kif ukoll qbilna fuq il-prinċipju ta’ ftehim fuq il-garanzija tal-investiment. Iddiskutejt ukoll il-possibilita’ li jinħarġu visas għall-Maltin fl-arjuport.
· Mal-Ministru tal-Finanzi u l-Ekonomija Sheikh Ahmad bin Muhammed bin Hamad Abdallah Al Khalifa - Iffirmaw ftehim ta’ ħelsien mit-tassazzjoni doppja.
· Laqgħat għad-delegazzjoni kummerċjali – saru f’postijiet differenti skont in-natura tan-negozju.
Kuwait
· Storja ta’ pajjiż li reġgħa inbena wara il-gwerra mal-Iraq.
· Ekonomija li qed tkun diversifikata u mhux biss ibbażata fuq ir-riżorsi naturali
· Ġieħ u unur għall-President Emeritus Guido De Marco, li jibqa’ imfakkar għas-sostenn u l-għajnuna li ta lill-Kuwait fi żminijiet koroħ.
· Rimarki sbieħ fuq l-Universita’ ta’ Malta li tiġbor studenti mill-Kuwait li qed jistudjaw hawn.
Laqghat li kellna jinkludu:
· Mal-Prim Ministru tal-Kuwait;
· Mal-iSpeaker tal-Assemblea Nazzjonali, Jassim Mohammed Al-Kharafi;
· Iffirmajna tlett ftehim ma’ żewġ Ministri tal-Kabinett dwar is-saħħa li jippermetti skambju ta’ informazzjoni kif ukoll dwar kooperazzjoni politika u ieħor dwar is-settur tal-komunikazzjoni.
· Kelli laqgħa mas-sidien tal-bank Fimbank li illum jopera f’pajjiżna. Huwa kien akkumpanjat mir-rapreżentanti tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u Intrapriża, GRTU, Malta Enterprise, MTA u Finance Malta. Ġew diskussi diversi temi fosthom dawk ta’ kif din il-kumpanija tista’ tkabbar l-investiment.
Qatar
Din iż-żjara issegwi dik li għamilt f’Awissu li għadda flimkien mal President George Abela li minn hawn insellimlu u nawguralu fejqan ta’ malajr. Għadni nasal miż-żjara tiegħi fiċ-Ċina immexxija mill-E.T il-President ta’ Malta fejn għal darba oħra kont qed insegwi il-kuntatti lli għamilt fiż-żjara tiegħi fiċ-Ċina xahar ilu, fl-istess kuntest taż-żjara tagħna fil-Golf Persiku. It-tkabbir tal-investiment barrani lejn pajjiżna hija realta’ li qed naħdmu fuqha ma’ kull żjara.
Fil-Qatar din id-darba iffirmajna tlett ftehim oħra wara is-sitta li konnha iffirmajna fiż-żjara tagħna s-sena li għaddiet. Dan iwassal biex f’temp ta’ ftit xhur pajjiżna jkollu disa’ ftehim mal-Qatar. Kellna laqgħat
· Mal-Prim Ministru Sheik Hamad bin Jassem bin Khalifa al-Thani. Iddiskutejna l-investiment li l-Qatar qed tagħmel barra mill-pajjiż. B’sodisfazzjoni nista’ ngħid li il-Prim Ministru tal-Qatar apprezza mill-qrib il-pożizzjoni unika li tgawdi Malta speċjalment fis-settur turistiku. F’dan il-kuntest issemmew il-ħruġ ta’ visas għall-Maltin li jridu jgħamlu negozju mal-Qatar kif ukoll link dirett tal-ajru bejn iż-żewġ pajjiżi.
· Żjara fil-Qatar Foundation u Education City – kunċett interessanti li diġa’ beda jħalli frott fil-Qatar u li nkunu nistgħu nissieħbu miegħu.
Għeżież Membri,
Il-laqgħat li kellna fil-Golf Għarbi jikkonfermaw ir-rispett u l-fiduċja kbira li Malta tgawdi f’dan ir-reġjun. Aħna irridu inkattru l-ġid f’pajjiżna. Ħa nsaħħu l-ħidma tagħna barra minn Malta biex nattiraw dejjem aktar investiment ġdid u noħolqu aktar xogħol. Il-Ministeru tiegħi huwa impenjat bis-sħiħ għal dan il-għan.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990