Emendi biex isir blacklisting ta’ min jikser il-liġi
Il-Gvern se jressaq emendi biex persuna li tkun kisret il-ligi ma tkunx tista’ tieħu xogħol b’tenders tal-Gvern. Dan jgħodd ukoll anki għall-kumpaniji fejn ikun hemm direttur jew diretturi li jkunu kisru l-ligi.
Sal-lum il-liġijiet ta’ Malta ma jipprovdux għal dan u meta persuna tingħata interdett mill-Qorti skont il-kodiċi kriminali, dan ikun ifisser biss li ma tkunx tista’ tokkupa kariga pubblika.
B’referenza għal każ li tqajjem dwar SR Ħandaq irid jingħad li ma kinitx il-kumpanija li nstabet ħatja izda wieħed mid-diretturi. Dan kien jippermetti lill-kumpanija li titfa’ l-offerti tagħha. Bl-emendi li se jagħmel il-Gvern dan mhux se jkun aktar possibbli u kumpanija titlef id-dritt li titfa’ l-offerti anki meta jkun hemm direttur li jkun instab ħati. F’dan il-każ lanqas il-Qorti ma qalet li għandu jkun hemm skwalifika għal tenders. Madanakollu l-Gvern se jbiddel ir-regolamenti biex ikun hemm blacklisting, kemm tad-diretturi, kif ukoll tal-kumpaniji li fihom ikun hemm diretturi li nstabu ħatja li kisru l-ligi.
Il-Gvern jemmen li m’għandux jaċċetta li min abbuża u kiser il-liġijiet ta’ pajjiżna, jingħata offerti pubbliċi.
Il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment talab li jiġu analizzati l-liġijiet u r-regolamenti biex isiru l-emendi meħtieġa.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990