AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONIJIET GĦALL-KUMITATI AMMINISTRATTIVI GĦALL-KOMUNITAJIET - IS-SIBT, 5 TA’ ĠUNJU 2010
Nominazzjoni minn Partiti Politiċi eċċ ta’ Persuni bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali; Persuni
sabiex jgħoddu u jissorveljaw l-għadd tal-voti; Agenti tal-Partit; Agenti tal-Għadd
__________________________________________________________________________________
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-partiti politiċi li ser jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-Kumitati Amministrattivi għall-Komunitajiet ta’ Gwardamangia (Pieta’), St. Peter’s (Ħaż-Żabbar), Ħal-Farruġ (Ħal Luqa), Il-Baħrija (Ir-Rabat), Tal-Virtu’ (Ir-Rabat), Is-Swatar (Birkirkara u L-Imsida), Baħar iċ-Ċagħaq (In-Naxxar) u Burmarrad (San Pawl il-Baħar) u kull persuna jew kull għadd ta’ persuni li jikkontestaw l-elezzjonijiet ta’ Kumitati Amministrattivi bħala grupp wieħed taħt l-istess isem li, skont ir-regolament 27(1), 55(3) u 30(3) tat-Tielet Skeda tal-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap. 363), huma għandhom sa nhar it-Tnejn 10 ta’ Mejju, 2010, sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali listi li fihom jinnominaw persuni biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji, persuni li jgħoddu, persuni li jissorveljaw u Agenti ta’ Partit.
Il-partiti politiċi jistgħu, sas-Sibt il-15 ta’ Mejju, 2010, jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali lista bl-ismijiet ta’ persuni biex iservu bħala Aġenti tal-Għadd. In-numru ta’ Aġenti tal-Għadd għandu jkun daqs in-numru ta’ kandidati li ser jikkontestaw l-elezzjoni mal-partit fil-komunita’ rispettiva.
www.electoral.gov.mt
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990