STUDENTI MALTIN JIPPARTEĊIPAW FL-EXPO BELGJANA TAX-XJENZA
L-Ambaxxatur ta' Malta għall-Belġju, is-Sur Pierre Clive Agius, nhar il-Ġimgħa 23 ta’ April, 2010 żar l-istand tal-istudenti Maltin fl-Expo Belġjana tax-Xjenza (Fiera Belġjana tax-Xjenza) li saret fil-Tour et Taxi fi Brussell. L-istudenti Maltin kienu Gerd Xuereb, Adrian Farrugia u Stephan Zammit. Huma jattendu l-iskola St. Michael f'Santa Venera. It-team Malti kienu ggwidati mill-għalliem tagħhom fil-kimika, is-Sur Anton Grima. Preżenti wkoll kien hemm, is-Sur Francis Stivala, Segretarju Ġenerali tal-NSTF u is-Sinjura Mariella-Pia Tabone, Kap tal-Affarijiet Edukattivi u Kulturali, NSTF.
Dan it-team mill-iskola ta’ St. Michael kien magħżul wara parteċipazzjoni fil-"Konkors għall-iskejjel għal Xjentisti Żgħażagħ" organizzata mill-Fondazzjoni Nazzjonali għall-Ivvjaġġar tal-istudenti (NSTF) bħala parti mill-programm estensiv tagħhom tax-Xjenza. Dan kienent l-għaxar parteċipazzjoni minn Malta fl-Expo annwali tax-Xjenza tal-Belġju.
Il-proġett li t-team Malti pparteċipa bih kien intitolat "Il-Monitoraġġ tal-Kwalità tal-arja fl-iskola St. Michael". Kif jindika l-isem, l-istudenti kienu nvoluti f’investigazzjoni notevolment elaborata tal-kwalità tal-arja fl-ambjent tal-iskola fejn it-tfal iqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom. Ir-riżultati kienu mbagħad imqabbla mal-istandards u r-rakkomandazzjonijiet Ewropej. Din l-analiżi kkomplikata kienet tinħtieġ l-istallazzjoni ta' teknoloġija avvanzata fil-limiti tal-iskola. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-paġna tal-Facebook tat-team Malti intitolata "Lejn kwalità ta' arja aħjar".
L-Ambaxxatur Agius faħħar l-istudenti Maltin għax-xogħol tagħhom. Qalilhom li kien impressjonat u kburi bix-xogħol tagħhom. "Huwa f'idejn kull Malti li jiddetermina d-daqs ta' Malta", qal l-Ambaxxatur Agius, filwaqt li żied li x-xogħol tagħhom kien prova ċara tal-eċċellenza li Malta tista' tilħaq. Il-parteċipazzjoni Maltija, fil-fatt, spikkat anki fost il-ħafna proġetti Belġjani u internazzjonali. L-Ambaxxatur Agius spjega li l-Maltin, speċjalment il-ġenerazzjonijiet żgħar ta’ Maltin, għandhom jkollhom aktar kunfidenza fihom infushom u fix-xogħol tagħhom.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990