Left arrow Go Back

PUBBLIKAZZJONI DWAR IL-FOLKLOR FIL-GŻEJJER MALTIN

PR0751
Date Icon 29/04/2010

“Folklore in the Maltese Islands” hija pubblikazzjoni ġdida fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Qala li titratta il-folklor fil-Gżejjer Maltin. Il-ktieb, li l-editur tiegħu huwa Euchar Mizzi, ġie pubblikat bil-kollaborazzjoni sħiħa tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika.

Il-pubblikazzjoni hija follow up tal-konferenza internazzjonali dwar il-folklor li saret fl-2009 bħala parti mir-raba’ edizzjoni tal-Festival Internazjonali tal-Folklor organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Qala. Għal din il-konferenza kienu attendew aktar minn 100 persuna, fosthom 90 minn barra minn Malta. Matul din il-konferenza ġew preżentati studji minn studjużi ewlenin fis-suġġett, jiġifieri is-Sur Charles Coleiro, is-Sur Anton F Attard u Dr Joe Zammit Ciantar.

Dawn il-preżentazzjonijiet issa jinsabu miġbura fil-publikazzjoni “Folklore in the Maltese Islands” u hekk saru aċċessibbli għal kulhadd, filwaqt li se jibqgħu iservu ta’ referenza għal kull min jixtieq jidħol aktar fil-fond tas-suġġett.

Waqt it-tnedija tal-pubblikazzjoni, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Qala li mhux biss kull sena qed jorganizzaw festival internazzjonali tal-folklor li issa daħal fil-kalendarju kulturali ta’ Għawdex, iżda qed jaraw ukoll li dak li joħroġ minn din l-attività ma jintilifx u jibqa’ punt ta’ referenza għall-futur.

Chris Said qal li l-Gvern jappoġġja inizjattivi bħal dawn għax jemmen bis-sħiħ li l-folklor huwa l-mera tal-identità tagħna u l-identità hija attrazzjoni prinċipali fil-lokalitajiet. Is-Segretarju Parlamentari ħabbar li f’Settembru li ġej se jerġa’ jsir il-Festival Internazzjonali tal-Folklor fil-Qala u għal darba oħra s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali se jgħin finanzjarjament fl-organizzazzjoni tal-festival. Huwa qal ukoll li l-konferenza nazzjonali ta’ din is-sena se titratta is-snajja’ f’Malta u Għawdex u hekk il-Kunsill Lokali se jkun qed jesponi fuq livell internazzjonali aspett ieħor importanti tal-identità tagħna.

Biex ikompli jikkumplimenta dawn l-inizjattivi, il-Kunsill Lokali tal-Qala qed jaħdem biex iwaqqaf mużew tal-folklor biex iservi ta’ vetrina ta’ dak li jagħmilna dak li aħna. Chris Said qal li l-Gvern diġa’ ta s-sit tal-Mużew b’devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali filwaqt li se jkompli jgħin finanzjarjament biex dan il-proġett isir realtà.

Is-Segretarju Parlamentari qal li b’dawn l-inizjattivi l-Kunsill Lokali tal-Qala qed jagħmel din il-lokalità pittoreska bħala ċentru tal-folklor f’Malta u Għawdex. Huwa qal li bil mod il-mod il-Qala qed issir hub tad-tradizzjonijiet u drawwiet taghna u hekk, fiha infisha, qed issir mużew tal-identità.

Chris Said għalaq billi rringrazzja lill-Kunsill Lokali u l-komunità tal-Qala għax-xogħol tagħhom biex jissalvgwardjaw u jsaħħu l-identità kemm tal-lokalità u kif ukoll tal-pajjiż. Huwa qal li dan jorbot tajjeb ma’ dak li jemmen il-Gvern fejn permezz tat-tiġdid tal-kunsilli lokali estenda r-responsabilità tal-ħarsien tal-patrimonju, drawwiet u identità lokali lill-kunsilli lokali għax huma dawn li l-aktar li jistgħu tassew jieħdu ħsieb dak li jifforma l-karattru ta’ kull lokaltà.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow