Left arrow Go Back

GOZO EQUINE CUP

PR0731
Date Icon 27/04/2010

Il-Gozo Horse Racing Association illum nediet uffiċjalment il-Gozo Equine Cup, kompetizzjoni ġdida tat-tiġrijiet taż-żwiemel li se ssir fil-korsa Ta’ Xħajma f’Għawdex.  Il-meeting li se jsir il-Ħadd li ġej jikkonsisti f’erba’ finali fil-klassijiet A1, A, B u C/D u tiġrijiet oħra tat-trott u tal-ponijiet.  Il-heats li wasslu għall-finali saru l-Ħadd li għadda u għalihom attendiet folla sabiħa ħafna. 

Il-Gozo Equine Cup qed issir bil-kollaborazzjoni sħiħa tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika u l-ħsieb hu li din issir avveniment annwali fil-kalendarju sportiv Għawdxi. 

Waqt it-tnedija ta’ din il-kompetizzjoni s-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-isport taż-żwiemel huwa popolari ħafna f’Għawdex u l-Gvern irid jgħin biex dan l-isport ikompli jissaħħaħ u jikber.  Is-Segretarju Parlamentari qal li biex dan l-isport jikber f’Għawdex irid jinġieb l-ogħla livell u huwa għalhekk li l-Gozo Equine Cup qed tlaqqa’ l-aqwa żwiemel f’Malta flimkien ma’ dawk f’Għawdex.  Permezz ta’ dan mhux biss tikber l-attrazzjoni għad-dilettanti Għawdxin iżda jikber ukoll il-livell tal-isport fil-gżira. 

Chris Said qal li f’Għawdex diġà jeżistu faċilitajiet tajbin iżda titjib fil-livell tal-kompetizzjoni u żieda fil-popolarità jistgħu iservu ta’ inċentiv biex tkompli tissaħħaħ l-istruttura u l-organizazzjoni ta’ din id-dixxiplina sportiva. 

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali qal li l-Gozo Equine Cup hija inizjattiva oħra biex jissaħħaħ it-turiżmu intern f’Għawdex f’xhur meqjusa dgħajfa għat-turiżmu.  Huwa semma attivitajiet oħra, bħall-attivitajiet li qed jiġu organizzati mill-Kunsilli Lokali Għawdxin fix-xhur tax-xitwa u n-Notte Gozitana li wkoll iservu għall-istess għan.   

Il-Gozo Equine Cup hija wkoll inizjattiva li qed tkompli tisfrutta n-niċċa tat-turiżmu sportiv.  Chris Said qal li wara s-success tal-Gozo Cup fil-futbol u l-Gozo Equine Cup li se ssir nhar il-Ħadd, qed jiġi ppjanat tournament tal-Basketball bl-aqwa timijiet Maltin f’Għawdex. 

Chris Said irringrazzja lil Gozo Horse Racing Association għax-xogħol tagħha u ħeġġeġ lill-Membri u lid-dilettanti ta’ dan l-isport sabiex ikomplu jaħdmu ħalli jgħollu l-livell ta’ din id-dixxiplina sportiva fil-Gżira Għawdxija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow