Il-President u s-Sinjura Abela JATTENDU ghall-quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Publiju
“ Din il-festa tiftah l-istagun tal-festi Maltin u huwa ta’ sodisfazzjon li ninnota li f’gheluq is-sena li tkellimna dwar il-piki u l-glied fil-festi, il-laqghat ma’ l-assocjazzjonijiet tal-baned u l-armar tkomplew u sar hafna progress posittiv. Din il-festa tfakkarni dwar min verament ahna, ahna l-Maltin. San Publiju, il-Protos tal-Gzira, laqa lil 276 persuni fosthom prigunieri gewwa daru meta gie San Pawl f’Malta. Din hija l-karatteristika taghna l-Maltin li huwa wiehed mill-valuri mill-att uman u socjali.” Dan qalu l-President George Abela waqt ir-riceviment annwali fl-okkazjoni tal-Festa ta' San Publiju fil-Kazin Vilhena,l-Furjana.
Il-President Abela kkwota kif iddeskrieva iz-zjara il-Qdusija tieghu il-Papa meta Gimgha ilu kien fostna : “ Kif gara lil San Pawl, anki jien esperjenzajt l-akkoljenza kbira tal-Maltin – Tassew Straordinarja, kien hafna dak li rcevejt jien stess minn dak il-poplu ”
Il-President George Abela ukoll irringrazzja lis-Socjeta ghad-donazzjoni li ghamlet lil Malta Community Chest Fund u ddeskrieva dan bhala valur ta’ solidarjeta’ man-nies li tant ghandhom bzonn.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990