Left arrow Go Back

‘NORWEGIAN’ TIRDOPPJA T-TITJIRIET MINN COPENHAGEN

PR0709
Date Icon 23/04/2010

Il-kumpannija tal-ajru ‘Norwegian Air Shuttle ASA’ iddeċidiet li mis-sajf li ġej iżżid titjira oħra ma’ dik li diġa’ għandha minn Copenhagem. It-titjira ser tibda tkun nhar ta’ Erbgħa filgħaxija.

Il-kumpannija ‘Norwegian Air Shuttle’ iddeċidiet li tirdoppja t-titjiriet tagħha mill-kapitali Daniża. Dan minħabba li Malta hi l-iktar destinazzjoni popolari fost id-destinazzjonijiet li n-‘Norwegian Air Shuttle’  ittir għalihom  minn Copenhagen.

Mill-bidu tas-sena ’l hawn aktar linji tal-ajru bdew joperaw rotot ġodda minn u lejn pajjiżna. Dan ser iwassal biex din is-sena n-numru ta’ ‘seats’ fuq l-ajruplani li jaħdmu minn u lejn  Malta jitilgħu għal 3,168,000, żieda ta’ 220,000 ‘seat’, jew ta’ 7.5 fil-mija fuq is-sena l-oħra.

Pajjiżna huwa l-iktar pajjiż fl-Ewropa li jiddependi fuq l-aċċessibbiltà bl-ajru għat-turiżmu. Għalhekk l-ikbar ħidma tal-Gvern u tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tibqa’ dik li jkollna linji tal-ajru u rotot biżżejjed biex inservu lil kulmin ikun irid iżur pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow