Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA TAL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, KULTURA U L-AMBJENT

PR0681
Date Icon 20/04/2010

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu u l-Airmalta, qed ikomplu jaħdmu sabiex dawk il-Maltin li nqabdu barra minn xtutna, jkunu jistgħu jirritornaw f’pajjiżna. Bosta minn dawn il-Maltin tilfu it-titjira li kellhom ibbukjata fi tmiem il-ġimgħa minħabba l-fatt li diversi ajruporti fl-Ewropa jinsabu magħluqa.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed jgħin lil Maltin li talbu l-għajnuna fil-Portugall, l-Olanda, ir-Russja, l-Italja, il-Lussemburgu, Franza, l-Awstrija, il-Belġju u l-Ingilterra. Sussegwentament għal-laqgħa imsejħa il-bieraħ mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u mis-Segretarjat Parlamentari ghat-Turiżmu li għaliha attendew rappreżentanti tal-Awtorità tat-Turiżmu, l-MIA, l-Air Malta, l-MHRA u l-FATTA, ġie organizzat trasport permezz ta’ coaches mill-Ambaxxati ġewwa l-Belġju u l-Ingilterra sabiex numru ta’ Maltin inġiebu minn dawn il-pajjiżi sal-ajruporti ta’ Ruma u Marsilja minn fejn huma qadbu titjira tal-Airmalta lejn pajjiżna.

Fil-Belġju ġew megħjuna 75 persuna u fl-Ingilterra 150 persuna.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jappella lil dawk il-Maltin kollha li jixtiequ iktar informazzjoni dwar kif jikkuntatjaw l-ambaxxati Maltin sabiex iżuru is-sit www.foreign.gov.mt. Dan sabiex jiġi ddeterminat kif dawn jistgħu jiġu assistiti.

Lokalment l-Air Malta illum operat 5 flights żejda lejn Toulouse, Marsilja (2), Zurich u Ruma kif ukoll estendiet l-operat tal-call centre tagħha bejn il-5 ta’ filgħodu u nofs il-lejl. L-Air Malta tfakkar lil klijenti tagħha li kull min għandu biljett fuq titjira li ġiet kanċellata jista jibdlu għal fuq titjira li qed topera mingħajr ebda spejjez jew charges addizjonali. Din il-faċilità tista’ tintuża wkoll għal dawk li huma fil-pussess ta’ biljett fuq xi titjira li hija code shared mal-Air Malta. In-numru tal-telefon tal-call centre huwa 21662211.

Illum ġew ikkanċellati 61 titjira filwaqt li 38 titjira operaw b’mod normali lejn ajruporti li huma miftuħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow