Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITA

PR0675
Date Icon 19/04/2010

Mhux veru dak li allega d-Deputat Laburista Leo Brincat

Bil-kontra ta’ dak li qal id-Deputat Laburista Leo Brincat, id-duħħan li kultant joħrog miċ-ċumnija tal-Isptar San Luqa mhux kawżat min użu ta’ inċineratur.   Dak ingħalaq u mhux jintuza aktar

Id-duħħan iswed joħroġ miċ-ċumnija f’xi okazzjonijiet meta jinqaleb l-użu bejn boiler u ieħor. Il-proċess huwa tali li meta jinxtgħel apparat li jaħdem biż-żejt, f’dan il-każ boiler, iż-żejt akkumulat jinħaraq f’ daqqa u dan jikkawża d-duħħan iswed li joħrog mic-cumnija. Dan id-discharge jieqaf meta l-fjamma fil-boiler tistabilizza ruħa. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jixtieq jagħmila ċara wkoll li l-boilers qeghdin jintużaw biss sabiex jipprovdu ilma sħun għall-pixxina tal-fiżjoterapija u biex jipprovdu ilma sħun għall-ħasil fis-swali tal-pazjenti fl-Isptar Karen Grech. Hawnhekk jinsabu rikoverati anzjani li għandhom bżonn kura fit-tul u pazjenti ohra li ghandhom bzonn servizz ta’ rijabilitazzjoni.  Jidher li d-Deputat Laburista jrid li dawn is-servizzi lill-anzjani ma jkomplux jingħataw.

Il-pjan huwa li tiġi eliminata l-użu tat-teknoloġija ta’ bhalissa u li din tigi sostitwita b’teknoloġija aktar moderna u b’hekk ma tintużax aktar ic-ċumnija. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ġiet inkarigata li taħdem fuq dawn il-pjanijiet u hija responsabbli minn dan il-proġett. Huwa mistenni li s-soluzzjoni li tiġi addottata tkun wkoll soluzzjoni li tinkludi l-użu ta’ enerġija minn sorsi li jiġġeddu.    

Dan il-proċess jinsab fi stadju avvanzat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow