RISPOSTA GĦALL-KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET MILL-FKNK – IL-GVERN MA JRIDX LI T-TAXXI TAL-POPLU JMORRU F’MULTI
Il-Gvern qed jippublika rapport li ġie mgħoddi llum lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti.
Flimkien mad-dokument ġew mgħoddija 1,251 applikazzjoni għal-liċenzja speċjali għall-kaċċa fir-rebbiegħa 2010. Dawn l-applikazzjonijiet kienu mibgħuta lill-kaċċaturi li sal-Erbgħa 7 ta’ April kienu ġeddew il-liċenzja ġenerali għall-kaċċa fuq l-art, li dakinhar kienu jammontaw għal 5,583.
Għalhekk l-applikazzjonijiet li ġew mgħoddija llum jirrapreżentaw 22.4% mill-5,583 li ntbagħtu. Matul l-2009 kien hemm 10,788 liċenzja valida għall-kaċċa fuq l-art.
Il-Gvern jerġa’ jistqarr dak li qal għal diversi drabi matul il-ġimgħa li għaddiet. Id-deċizjoni tal-Gvern hija mmirata sabiex dak li ġie mirbuħ fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ma jintilifx. Kieku l-Gvern jimxi skond dak li qed tgħid l-FKNK, il-kaċċaturi jispiċċaw isofru għaliex ikun hemm riskju kbir li jintilef dak li ġie mirbuħ f’Settembru li għadda.
Barra minn dan, isofri l-pajjiz ghaliex jerga’ jispicca l-Qorti Ewropea tal-Gustizzja fejn din id-darba jkollu jaffaccja multi kbar li jridu jithallsu mit-taxxi tal-poplu.
....pr0667 pdf
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990