Left arrow Go Back

DISKORS MILL-QDUSIJA TIEGHU L-PAPA BENEDITTU XVI WAQT IC-CERIMONJA TA’ tmiem il-Vizta Appostolika TAZ-ZJARA TIEGHU F’MALTA. AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA’ MALTA, LUQA - IL-HADD 18 TA’ APRIL 2010

PR0665B
Date Icon 18/04/2010

Sur President,

Eċċellenzi,

Sinjuri,

Wasalli l-ħin li nagħti l-addijo lil Malta. Nirringrazzja lil Alla għall-opportunità li tani liniltaqa’ ma’ tant minnkom u li nżur din il-gżira sabiħa. Nirringrazzja lill-President għallkliemmimli kortesija tiegħu u nirringrazzjakom ilkoll li tajtuni merħba daqstant mill-qalbu ġeneruża. Il-vjaġġ tiegħi tani apprezzament aktar profond ta’ kif l-Evanġelju mxandarminn San Pawl fassal l-identità spiritwali tal-poplu Malti. Waqt li qed nitlaqhom ħalluninħeġġiġkom għal darb’oħra biex trawmu għarfien profond tal-identità tagħkom u tħaddnur-responsabbiltajiet li joħorġu minnha, l-aktar billi tippromwovu l-valuri tal-Evanġelju lijagħtukom viżjoni ċara tad-dinjità umana u tal-oriġini u d-destin komuni tal-umanità.Kunu ta’ eżempju, f’artkom u barra minn artkom, ta’ ħajja Nisranija dinamika. Kunukburin bis-sejħa Nisranija tagħkom. Għożżu l-wirt reliġjuż u kulturali tagħkom. Ħarsu lejnil-futur b’tama, b’rispett profond għall-ħolqien ta’ Alla, b’reverenza għall-ħajja umana, ubi stima għolja għaż-żwieġ u għall-integrità tal-familja! Kunu wlied denji ta’ San Pawl!Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-qalba tal-Mediterran, ħafna immigranti jaslufuq xtut Malta, uħud maħrubin minn sitwazzjonijiet ta’ vjolenza u persekuzzjoni, oħrajnbiex ifittxu kondizzjonijiet ta’ ħajja aħjar. Jien naf bid-diffikultajiet li jista’ jikkaġuna lilqugħta’ għadd kbir ta’ nies, diffikultajiet li ma jistgħux ikunu solvuti minn xi pajjiżwaħdu meta jaslu l-ewwel fih. Fl-istess ħin jien fiduċjuż li, bis-saħħa tal-għeruq Insaratagħha u l-istorja twila u kburija fl-ilqugħ tal-istranjieri, Malta se tagħmel li tista’, blappoġġta’ Stati oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali, biex tgħin lil dawk li jaslu hawnu tiżgura r-rispett tad-drittijiet tagħhom. 


Dawn l-għanijiet nobbli jiddependu fuq dedikazzjoni kostanti għall-ħidma mimlija sfidifavur djalogu u kooperazzjoni fl-ambitu tal-komunitajiet internazzjonali u Ewropej,entitajiet importanti fejn Malta tagħti xhieda tal-valuri Nsara li għenu biex tissawwar lidentitàtagħha. Unità, solidarjetà u rispett reċiproku huma l-bażi tal-ħajja soċjali upolitika tagħkom. Ispirati mill-fidi Kattolika tagħkom, huma l-boxxla li tiggwidakom fittfittxijata’ żvilupp awtentiku u integrali. It-teżor tat-tagħlim soċjali tal-Knisja jispira ujiggwida dawn l-isforzi. Qatt tħallu li l-identità vera tagħkom tkun kompromessa millindifferentiżmujew mir-relativiżmu. Jalla tibqgħu dejjem fidili għat-tagħlim ta’ San Pawlli jeżortakom biex “tishru, iżżommu sħiħ fil-fidi, tkun qalbenin, issaħħu ruħkom. Ħa jsirkollox fostkom bl-imħabba” (1 Kor 16:13-14).Grazzi ħafna, il-Bambin iberikkom!

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow