Id-direttiva gĦal bojkott tal-kaċċa fir-rebbiegĦa mill-gĦaqdiet tal-kaċċaturi
Il-Gvern jirreferi għall-istqarrijiet maħruġa mill-Għaqda Kaċċaturi San Umbertu, l-Għaqda tas-Senter u l-Gabjun, u l-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti u l-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti. Sfotunatament, il-kontentut u t-ton ta’ dawn l-istqarrijiet jindika li hemm min jixtieq jerġa’ juża tattiċi antiki, inkluż tgħajjir u insulti personali, li ma jwasslu imkien.
Il-fatti huma sempliċi. L-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ser jerġa’ jiftaħ din is-sena wara li ma nfetaħx għall-aħħar sentejn. Dan kien possibbli wara li l-Gvern iddefenda din il-possibilta’ fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li fis-sentenza tagħha ikkonfermat dak li qal il-Gvern waqt in-negozjati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri li deroga għal kaċċa fir-rebbiegħa hija possibli fil-waqt li sostniet li numri tal-għasafar maqbuda għandhom jonqsu sewwa.
Id-deċizjonijiet dwar l-istaġun limitat ta’ din is-sena ittieħdu sabiex fil-waqt li ssir kaċċa fir-rebbiegħa, pajjizna ma jitlifx din il-possibilta` darba għal dejjem, u li jibqgħu għaddejjin l-iskambji mal-Kummissjoni Ewropea. Il-mira tal-Gvern hija li l-istaġun tar-rebbiegħa tas-sena d-dieħla ikun mifrux fuq 3 gimgħat (bejn l-10 u t-30 ta’ April eskluzi l-Ħdud u l-festi pubbliċi) u jkunu jistgħu jinqabdu 24,406 għasfur (13,071 gamiema u 12,335 summiena). Ta’ min ifakkar li r-rakkomandazzjoni tal-ORNIS kienet għal staġun fuq 3 gimgħat bejn l-10 u t-30 ta’ April u l-qbid ta’ 33,135 għasfur (22,298 gamiema u 10,837 summiena), differenza ta’ 8,729 tajra. Il-kalkolu tan-numri li qed iqis il-Gvern kien diġa’ spjegat fl-istqarrija maħruga nhar il-Gimgħa li għaddiet li qed terga’ tigi annessa.
Paragrafi 65 u 66 tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Gustizzja (Ċ-76/08) jikkonsidraw in-numri tal-għasafar maqbuda fir-rebbiegħa fid-dawl ta’ dawk maqbuda fil-ħarifa. Skond il-carnet de chasse, mimli mill-kaċċaturi stess, u li kien ikkunsidrat mill-Qorti, din kienet il-kaċċa fil-ħarifa:
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990