IL-PRIM MINISTRU JMEXXI DELEGAZZJONI GĦAL TAĦDIDIET FL-EMIRATI GĦARAB MAQGĦUDA, BAHRAIN, KUWAIT U L-QATAR - 30 PERSUNA MIS-SETTUR TAN-NEGOZJU FID-DELEGAZZJONI MALTIJA
Delegazzjoni mmexxijja mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi se jkollha taħdidiet u żjarat fl-Emirati Għarab Maqgħuda, il-Bahrain, il-Kuwait u l-Qatar. Jakkumpanjawh se jkun hemm il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg u l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech. Waqt dawn iż-żjarat se jsiru laqgħat politiċi u kummerċjali.
Id-delegazzjoni li se jmexxi l-Prim Ministru tinkludi aktar minn 30 persuna, ta’ nies fin-negozju, rappreżentanti ta’ aġenzji governattivi u korpi kostitwiti. Ġew organizzati laqgħat għad-delegazzjoni kummerċjali ma’ kumpaniji f’kull pajjiż. Se jsiru wkoll laqgħat mal-Kmamar tal-Kummerċ u żjarajjar f’investimenti f’dawn il-pajjiżi.
Id-delegazzjoni Maltija tħalli Malta nhar is-Sibt u tirritorna nhar il-Erbgħa.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990