Zjara tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI - TraĠitt bil-baĦar bejn ix-Xatt tal-Kalkara u l-Valletta Waterfront
Transport Malta ħarget linji gwida għall-baħħara għal waqt it-traġitt bil-bahar li ser jagħmel il-QT il-Papa Benedittu XVI bejn ix-Xatt tal-Kalkara u l-Valletta Waterfront, nhar il-Ħadd 18 ta’ April fl-4.30pm.
Dawn il-linji gwida permezz ta’ Avviz lill-Baħħara (anness) huma ntizi sabiex dawk li ser jippartecipaw f’dan it-traġitt fil-Port il-Kbir, permezz ta’ bċejjeċ tal-baħar ikunu nfurmati bl-arranġamenti kollha għal dakinhar.
Kopja ta’ dan l-Avviz jista’ jitnizzel minn fuq is-sit www.zjarapapa.gov.mt.
Għal kull informazzjoni dwar iż-Żjara tal-QT il-Papa Benedittu XVI f’Malta, il-pubbliku huwa mħeġġeġ iċempel fuq in-numru 188 jew jibghat email fuq: info.zjarapapa@gov.mt
... / anness.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990