Left arrow Go Back

JILTAQA’ L-KUMITAT PARLAMENTARI GĦAR-RIKODIFIKAZZJONI U KONSOLIDAZZJONI TA’ LIĠIJIET

PR0602
Date Icon 08/04/2010

Il-Kumitat Magħżul tal-Kamra maħtur għall-iskop ta’ Rikodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Liġijiet reġa’ ltaqa’ llum l-Erbgħa 7 t’April, biex ikompli jiddiskuti u jistudja d-diversi possibiltajiet u l-aħjar forma biex il-Liġijiet ta’ Malta jkunu kkodifikati, u kompla jiffoka b’mod partikolari fuq id-dritt amministrattiv.

Il-President tal-Kumitat stieden għal darb’oħra lill-Professur Kevin Aquilina li minn naħa tiegħu ppreżenta dokument fejn fih identifika xi liġijiet li jistgħu jkunu parti mill-eventwali Kodiċi tad-Dritt Amministrattiv. Il-Professur Aquilina ta spjegazzjoni dettaljata ta’ kull Taqsima li jistgħu jiġu nklużi f’dan il-Kodiċi.

Il-President tal-Kumitat żvela li għandu jinbeda eżerċizzju biex jiġu identifikati liġijiet mil-Liġijiet ta’ Malta li llum il-ġurnata għadda żmienhom, u m’għandhomx jibqgħu jiffurmaw parti mill-korp leġislattiv.

Fuq l-istess binarju, Dr Peter Grech mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Avukat Ġenerali ssuġġerixxa eżerċizzju utli ferm għal-Liġijiet ta’ Malta, dwar x’għandu jsir minn partijiet jew artikoli ndividwali minn diversi liġijiet eżistenti, li tul iż-żmien qatt ma ġew fis-seħħ, u li llum m’għadhomx aktar rilevanti.

Dr Vanni Bruno, Kap tal-Justice Unit, ippreżenta lill-Kumitat rapport dwar l-artikoli remanenti fil-Kodiċi tal-Pulizija li diskussjoni fuqhom għandha ssir fil-laqgħa li jmiss li se tkun nhar it-Tlieta 13 t’April.

F’din is-seduta mistennija li titkompla d-diskussjoni dwar id-dritt amministrattiv, u oltre’ l-Prof. Kevin Aquilina u Dr Peter Grech mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, mistenni jindirizza l-Kumitat, il-Prof. Ian Refalo.

Il-laqgħa tmexxiet mill-President tal-Kumitat, l-Onor. Franco Debono u kienu preżenti wkoll l-Onor. Josè Herrera u l-Onor. Francis Zammit Dimech.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow