‘Minn Benedittu sa Benedittu’ fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin
Wirja li ġġib l-isem “Minn Benedittu sa Benedittu” ġiet inawgurata mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Dr Tonio Borg fil-5 t’April 2010 fis-Sala Pardo fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Belt Valletta.
L-inawgurazzjoni seħħet fil-preżenza tal-Arċisqof ta’ Malta l-E.T. Mons. Pawl Cremona u tan-Nunzju Apostoliku għal Malta l-E.T. Mons. Tommaso Caputo.
Il-Wirja hija magħmula minn ritratti mill-ħajjiet tal-Papiet Benedittu XV, Piju XI, Piju XII, Ġwanni XXIII, Pawlu VI, Ġwanni Pawlu I, Ġwanni Pawlu II u Benedittu XVI, u sa tkun miftuħa għall-pubbliku bla ħlas matul il-ġranet tax-xogħol mis-6 sal-15 t’April. Il-wirja qegħda tittella’ fl-okkazjoni taż-Zjara tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI f’Malta fis-17-18 t’April 2010.
Il-Ministeru jixtieq jirringrazzja lil Photocity tal-Belt Valletta għar-ritratti u lid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Il-wirja ġiet organizzata minn Reuben Gauci, uffiċjal fil-Ministeru.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990