Left arrow Go Back

ITTRI TAL-MINISTRU TONIO FENECH liċ-Chairman u liċ-Chief Executive Officer tal-Korporazzjoni enemalta rispettivament.

PR0583
Date Icon 02/04/2010

IL-QTUGH TAL-PROVVISTA TAL-ELETTRIKU MAL-PAJJIŻ KOLLU HUWA INKWETANTI U HUMA MEHTIEĠA TWEĠIBIET MILL-AKTAR FIS

Il-qtugћ tal-provvista tal-elettriku mal-pajjiż kollu huwa inkwetanti u jqajjem numru ta’ mistoqsijiet dwar il-fraġilità tas-sistema tagћna ta’ provvista tal-elettriku. Gћalhekk huma meћtieġa tweġibiet mill-aktar fis. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech f’ittri separati mibgћuta liċ-Chairman u liċ-Chief Executive Officer tal-Korporazzjoni Enemalta rispettivament.

Il-Ministru Tonio Fenech kiteb liċ-Chief Executive Officer Inġ. Karl Camilleri biex sa nhar it-Tnejn filgћaxija jippreżentalu rapport konklussiv u dettaljat dwar x’wassal gћall-qtugћ fil-provvista tal-elettriku lbieraћ filgћaxija. F’din l-ittra Tonio Fenech talab li dan l-inċident ikun investigat fid-dettall u li kull żball li seta’ sar gћandu jkun indikat sew, flimkien ma’ liema miżuri ta’ azzjoni korrettiva qed ikunu rakkomandati.

Il-Ministru gћamilha ċara li jekk dan ir-rapport jibqa’ mhux konklussiv kien se jappunta kumitat tekniku indipendenti biex iwettaq hu din l-investigazzjoni u li eventwalment jasal gћal konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegћu.

F’ittra oћra, il-Ministru Tonio Fenech kiteb liċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, Inġ. Alexander Tranter u talbu jwaqqaf kumitat strateġiku adhoc li jkun iffurmat minn core group ta’ inġiniera ewlenin tal-Enemalta, flimkien, jekk meћtieġ ma’ esperti esterni, biex jevalwaw il-pjanijiet gћall-kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija li gћandhom il-Power Stations ta’ Delimara u l-Marsa biex inċidenti bћal dawn ikunu evitati.

Dan l-eżerċizzju mhux marbut mal-pjan strateġiku fuq medda itwal ta’ żmien iżda gћandu jћares lejn il-bżonnijiet immedjati sakemm ftit aktar minn sentejn oћra l-pajjiż ikun jista’ jagћmel użu minn tisћiћ fil-kapaċità ta’ produzzjoni tal-enerġija permezz tal-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara. Il-Ministru talab li dan ir-rapport jitlesta sal-aћћar ta’ dan ix-xahar.

DOI - 03.04.10

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow