Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAS-SAHHA B’Risposta għad-diskors tal-Kaptal-Oppozizzjoni

PR0550
Date Icon 28/03/2010

Aktar investiment u servizzi tas-saħħa b’xejn għal pazjenti

Il-Gvern hu impenjat li jkompli jinvesti dejjem aktar biex jilqa’ kontra l-marda tal-kanċer u biex aktar nies jingħataw kura għal din il-marda.  Fi tmiem is-sena li għaddiet il-Gvern fetaħ Ċentru għall-iscreening kontra l-kanċer tas-sider, bdiet tingħata aktar mediċina lill-pazjenti li sfortunament ikunu milquta minn din il-marda, inxtara linear accelerator ġdid biex jingħataw ir-raġġi lill-pazjenti li jkollhom il-kanċer u l-Gvern se jibni Ċentru tal-Onokolġija ġdid fejn tingħata kura aħjar lil aktar pazjenti.

Sakemm jitlesta ċ-Ċentru tal-Onokoloġija, il-Gvern se jibqa’ jinvesti fl-Isptar Boffa billi se jinbena bunker biex jitpoġġa l-linear accelerator.  Dan l-apparat jiġi trasferit lejn iċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġdid meta jitlesta.   It-tender għal bini ta’ dan il-bunker kif wkoll għax-xiri ta’ linear accelerators ġodda ġiet ippublikata fit-2007. Dan juri li l-Gvern kien qiegħed jippjana sew biex pajjizna jkompli jinvesti biex pajjizna jkollu servizzi mill-aqwa għall-pazjenti morda bil-kanċer. 

Il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat dal-għodu rrepeta l-istess zbalji li għamlu aktar kmieni din il-ġimgħa x-shadow minister Michael Farrugia u l-kelliem laburista Anthony Zammit.  Hu għajb li l-oppozizzjoni qed teħodha kontra l-Gvern li se jkompli jinvesti aktar fil-qasam tas-saħħa.  Għall-skopjiet purament partiġġjani, l-oppozizzjoni qed tipprova tfixkel l-investiment fil-kura tal-kanċer.

Din mhix l-ewwel darba li l-oppozizzjoni ħaditha qatta’ bla ħabel kontra l-Gvern kull darba li kien qiegħed jinvesti fis-saħħa.  Hekk għamlet meta l-Gvern kien qiegħed jinvesti fl-Isptar Mater Dei, u hekk reġgħet qed tagħmel issa li se jinbena Ċentru ġdid tal-Onkoloġija. 

Bl-investiment li sar fi sptar ġdid, illum qed isiru aktar operazzjonijiet tant li dawn zdiedu għal 39,000 li jfisser zieda ta’ 6,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena tal-Isptar San Luqa; qed isiru aktar ezamijiet mediċi tant li fid-dipartiment tal-Patoloġija biss qed isiru 13,300 test kuljum, qed jingħataw aktar mediċini b’xejn u qed tingħata kura lil aktar pazjenti.  Mingħajr sptar ġdid, li l-oppozizzjoni tant opponiet, flimkien ma’ inizjattivi oħra li ħa l-Gvern fil-qasam tas-saħħa ma konniex nistgħu niksbu dawn iz-zidiet għal ġid tal-pazjenti.

Il-Gvern għandu vizjoni ċara għal qasam tas-saħħa:  l-aħjar servizzi tas-saħħa b’xejn.  L-istrateġija zbaljata tal-oppozizzjoni hi li tagħmel mis-saħħa ballun politiku partiġġjan għad-detriment tal-pazjenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow