Infoline 188 –ghal kull informazzjoni dwar iz-Zjara tal-QT il-Papa Benedittu XVI
“Kif kien thabbar fil-Konferenza tal-Ahbarijiet li saret biex thabbru d-dettalji taz-Zjara tal-Papa, fil-11 ta’ Frar, twaqqaf Ufficcju ta’ Koordinazzjoni biex taht l-istess saqaf nigbru l-entitajiet kollha nvoluti fl-organizazzjoni taz-Zjara tal-Papa biex ikun ko-ordinament centrali tal-hidma kontinwa li ghaddejja”. Dan qalu Charles Bonello, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv Nazzjonali.
F’dan l-Ufficcju minbarra l-Kumitat Organnizzattiv tal-Gvern hawn ukoll il-Kumitat Organizzattiv Interdjocesan u diversi entitajiet li qeghdin jghinu fl-organizazzjoni fosthom il-Pulizija, l-Protezzjoni Civili, l-Armata fost ohrajn.
Twaqqaf ukoll servizz ta’ informazzjoni permezz tal-Infoline 188, biex kull minn ikollu bzonn ta’ informazzjoni dwar iz-Zjara tal-Papa, jista jcempel fuq dan in-numru u jinghata l-informazzjoni kollha. Barra l-188, il-pubbliku jista jaghmel kuntatt maghna permezz tal-email : info.zjarapapa@gov.mt jew permezz tal-website : www.zjarapapa.gov.mt .
F’dan l-ufficcju bhalissa ghaddej ukoll il-process tal-applikazzjonijiet ghall-akkreditazzjoni kemm tal-media u kif ukoll tal-mijiet ta’ persuni li ser ikunu qeghdin jaghtu xi tip ta’ servizz waqt iz-zjara. Charles Bonello spjega kif l-applikazzjonijiet ghall-akkreditazzjoni ghall-media jaghlqu ghada l-Hadd, 28 ta’ Marzu u n-numru ta’ applikazzjonijiet li dahlu kien wiehed tajjeb hafna. Ta min isemmi li s’issa kien hemm aktar minn 150 gurnalist barrani li applika biex ikun akkreditat biex jirraporta z-Zjara tal-QT il-Papa Benedittu XVI minn pajjizna.
Fil-konferenza tal-ahbarijiet ta’ dalghodu tkellem ukoll Mons. Charles Cordina, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv Interdjocesan li qal illi hu mpressjonat bil-hidma mill-entitajiet kollha biex iz-zjara tkun success. Mons. Cordina qal illi issa li z-Zjara qieghda fil-qrib, il-preparamenti qeghdin fl-aqwa taghhom.
Fi tmiem il-Konferenza tal-Ahbarijiet tal-lum, intwerew erba’ reklami li ser jibdew jintwerew fuq l-istazzjonijiet lokali. Fr. Charles Tabone O.P., Delegat tal-Arcisqof ghall-Komunikazzjoni Socjali qal li dawn r-reklami li nhadmu b’mod volontarju huma ntizi biex jaghtu aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet u jheggu l-pubbliku jattendi.
Dan l-Ufficcju ser ikun miftuh mit-Tnejn sal-Gimgha mid-9.00am sat-8.00pm u s-Sibt mid-9.00am sas-2.00pm
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990