Left arrow Go Back

IS-SETTUR TAS-SERVIZZI FINANZJARJI F’PAJJIŻNA JIKBERBI 22% FL-2009: IPPREŻENTATI GĦODDA ĠODDA GĦALL-PROMOZZJONI TA’ DANIS-SETTUR

PR0539
Date Icon 26/03/2010

Fil-ħidma tagħha biex tippromwovi s-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta FinanceMalta ppubblikat Gwida u Direttorju għall-Investiment filwaqt li nidiet verżjoni ġdida tas-sit elettroniku tagħha fuq l-indirizz www.financemalta.org 

Waqt il-preżentazzjoni tad-direttorju, is-sit u l-attivitajiet ta’ FinanceMalta għal matul l-2010, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech qal li l-indikazzjonijiet ekonomiċi bdew juru li Malta kienet waħda mill-pajjiżi li ntlaqtet l-inqas mill-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali u waħda mir-raġunijiet prinċipali li wassal għal dan kien it-tkabbir sostnut tas-settur tas-servizzi finanzjarji. 

Tonio Fenech spjega kif din l-industrija rat tkabbir ta’ 22% matul is-sena li għaddiet minkejja s-sitwazzjoni diffiċli f’dan is-settur fuq livell internazzjonali. Huwa saħaq li l-prospetti ta’ tkabbir huma tajbin u rrefera għar-rapport preżentat mill-kumpanija Amerikana Angelou Economics fil-kuntest tal-aġġornament ta’ Viżjoni 2015 li jipprevedi l-ħolqien ta’ mal-1,500 impjieg fis-settur tul il-ħames snin li ġejjin. Għalhekk huwa ħeġġeġ biex aktar studenti jagħżlu korsijiet li jippermettulhom igawdu minn dawn l-opportunitajiet li qed jinħolqu. 

Fost l-għodda li jgħinu lil pajjiżna biex jattira aktar investiment ġdid, huwa rrefera għall-espansjoni tan-numru dejjem jikber ta’ ftehimiet marbuta mal-ħelsien mit-taxxa doppja. Tonio Fenech semma’ b’mod partikolari ftehim riċenti ffirmat maċ-Ċina li permezz tiegħu investituri Ċiniżi jistgħu jinvestu f’fondi ta’ investiment domiċiljati f’Malta u regolati mill-MFSA filwaqt li kumpaniji liċenzjati mill-MFSA jistgħu jinvestu direttament fiċ-Ċina. 

Huwa nnota kif fl-2009 kienu reġistrati mal-100 fond ta’ investiment ġdid, żieda ta’ 25%. 

Fakkar ukoll fil-possibbiltajiet marbuta max-Sharia Banking fejn qal li l-Erbgħa l-għadda l-MFSA ppubblikat Guidance Note for Shariah Compliant Funds. Din tispjega kif il-qafas legali u regolatorju stabbilit taħt l-Investment Services Act japplika għall-fondi li huma complaint mal-liġi tax-Sharia. 

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet intervjena wkoll iċ-Chairman ta’ Finance Malta, Kenneth Farrugia li kkumenta dwar ir-rwol importanti ta’ FinanceMalta fil-viżjoni u l-aspirazzjonijiet tal-pajjiż billi ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ġurisdizzjoni internazzjonali għall-kummerċ, l-investiment u s-servizzi finanzjarji. 

Min-naħa tagħhom, Bruno L’Ecuyer u Bernice Buttigieg għamlu wkoll preżentazzjonijiet dwar id-direttorju u s-sit. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow