Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Joe Cassar, Ministru tas-SaĦĦa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, fl-okkazjoni taŻ-Żjara tiegĦu  lill-Awtorita’gĦas-SaĦĦa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-XogĦol   -  MSIDA – 26 TA’MARZU 2010

PR0538
Date Icon 26/03/2010

L-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol: Tmien snin ta’ ħidma. Tnedija ta’ kampanja Ewropea favur l-evalwazzjoni tar-riskju fl-użu tal-kimika fuq il-post tax-xogħol.   

L-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol twaqqfet f’Novembru tas-sena 2000 u bdiet topera f’Jannar ta’ sentejn wara. Il-liġi li twaqqaf din l-Awtorita telenka l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tagħha, u tiddetermina l-parametri u l-limiti li fihom għandha topera l-Awtorita’. Primarjament dawn jinkludu t-trawwim ta’ kuxjenza favur is-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol, t-twassil ta’ informazzjoni lil kull min jenħtieġa, u li tara li jkunu mħarsa s-saħħa u s-sigurta’ minn min għandu dan l-obbligu. 

Sa mill-bidu nett tat-twaqqif tagħha, l-Awtorita ħadmet biex tkun entita’ effiċjenti, u li tagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi assenjati lilha. Iżda iktar importanti minn hekk, l-Awtorita’ trid tara wkoll l-effettivita’ tal-ħidma tagħha, u b’mod partikolari jekk hux qed ikollha suċċess fl-inizjattivi li tieħu u fil-ħidma tagħha. 

Relatat ma’ dan, u bħala Membri tal-Unjoni Ewropea, anki l-Kummissjoni Ewropea tivverifika jekk il-pajjiżi Membri jkunux qegħdin jinfurzaw b’mod effiċjenti u effettiv dawk id-Direttivi li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurta’. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea tat l-inkarigu lis-Senior Labour Inspectors Committee biex jibgħat grupp ta’ Evalwaturi mill-Italja, Greċja, Awstrija, Slovenja, Polonja, Belġju u Ċipru biex jiflu l-operat ta’ OHSA-Malta.  

Ir-rapport finali tal-Evalwaturi ġie ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet Maltin lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet. L-Evalwaturi ħarsu lejn l-istrutturi organiżżattivi tal-Awtorita’, proċeduri amministrattivi u ta’ operat, l-istandards użati għal spezzjonijiet u l-applikazzjoni tagħhom, ir-riżorsi allokati lill-Awtorita’, il-kompetenza u l-livell ta’ taħriġ li għandhom l-ispetturi, kif ukoll is-sistemi li jeżistu għal rappurtaġġ u żamma ta’ records.  

Fir-rapport ta’ evalwazzjoni, ġie konkluż li: 

1.     l-Awtorita’ qed tagħmel użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi limitati li għandha; l-ispetturi huma ppreparati tajjeb u kompetenti fil-qasam tagħhom. L-ispetturi għandhom attitudni tajba lejn xogħolhom u jikkomunikaw b’mod effettiv mad-dutyholders.

2.     L-Awtorita’ rnexxilha tiżviluppa relazzjoni pożittiva mal-imsieħba soċjali bbażata fuq approach konkret u li tfittex l-kunsens qabel il-konfrontazzjoni.

3.     L-Awtorita’ żviluppat strateġija mifruxa fuq 5 snin li tindirizza b’mod adekwat l-isfidi li jeżistu.

4.     Il-kwalita għolja u l-livell ta‘ commitment tal-management u l-impjegati tal-Awtorita’ huma ta’ livell għoli u jiggarantixxu sistema ta’ spezzjoni effettiva.

5.     Ġew identifikati numru ta’ prattiċi fl-operat tal-Awtorita’ li l-Evalwaturi stess qed jirrakkomandaw li jinġabu għall-attenzjoni tal-ispettorati tal-pajjiżi membri l-oħra. 

Fid-dawl ta’ dan, huwa mportanti li jkun rikonoxxut il-fatt li dan ir-rapport huwa wieħed pożittiv, mertu tal-impenn u l-integrita tal-impjegati tal-Awtorita’. Għandu jkun ta’ serħan il-moħħ għal ħafna li kien ċertifikat li OHSA-Malta qed taħdem b’mod professjonali, effettiv u effiċjenti, u li din l-Awtorita’ rnexxilha ssib il-bilanċ fil-ħafna rwoli tagħha. 

Diġa’ l-Awtorita’ qed taħdem fuq dawk il-punti mqajjma - tlesta abbozz ta’ liġi ġdida li għandu jindirizza l-punti kollha msemmija fir-rapport, inkluż ir-rwol tal-imsieħba soċjali, l-iżvilupp ta’ qafas ta’ nfurzar li jinkludi sistemi oħra barra dawk ġudizzjarji. 

Ser tittieħed l-opportunita biex ikun hemm definizzjoni aħjar ta’ ċerti termini li jintużaw fl-Att kif ukoll ta’ numru ta’ rwoli li għandha l-Awtorita’.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow