NEGOZJANTI MINN SHANGAI JURU INTERESS LI JINVESTU F’MALTA F’OQSMADIFFERENTI
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg jinsab f’Shangai fiċ-Ċina bħala parti miż-żara uffiċjali li qed jagħmel f’dan il-pajjiż. Shangai hija l-ikbar belt fiċ-Ċina b’popolazzjoni ta’ madwar 20 miljun persuna.
Il-ViċI Prim Ministru kellu laqgħa mal-Viċi President tal-Għaqda tan-negozji ta’ Shangai, CCTTI, li matulha ġie diskuss il-potenzjal li iż-żewġ pajjiżi għandhom sabiex ikabbru l-interessi kummerċjali tagħhom. Huma urew interess li jsiru jafu iktar dwar dak li joffri pajjiżna speċjalment fit-turiżmu, l-edukazzjoni, is-servizzi finanzjarji u l-qasam marittimu.
Il-Viċi Prim Ministru irringrazzja lill-gvern Ċiniż talli offra kundizzjonijiet tajba għall-Malta sabiex ittella l-padiljun tagħha fl-Expo Dinji f’Mejju 2010. Intant tħabbar ukoll li matul din is-sena se jkun qed jiġi diskuss aġġornament tal-ftehim eżistenti dwar il-Ħelsien mit-Taxxa Doppja.
Il-Ministru Tonio Borg żar it-tħejjijiet tal-padiljun ta’ Malta li se jinfetaħ f’Mejju. Shangai hija meqjusa bħala waħda mill-iktar ibliet importanti fil-kummerċ Ċiniż, tant li fiha tospita 800 kumpanija fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Shangai għanda t-tieni l-ikbar freeport fid-dinja.
Din is-sena Shangai se tkun qed tospita l-Expo Dinji li fih jinġabru madwar 70 miljun viżitatur minn madwar id-dinja kollha. Il-preparazzjonijiet għal din l-Expo ilhom isiru tul dawn l-aħħar 10 snin.
Fl-2009 Shangai irreġistrat tnaqqis fin-negozju tagħha mal-pajjiżi taz-zona ewro ħlief ma’ Malta. Is-sena li għaddiet it-tkabbir fil-Prodott Gross Domestiku kien ilaħħaq it-8.2 fil-mija, filwaqt li t-tbassir għal din is-sena huwa ta’ 8 fil-mija. Il-Kummerċ bejn Malta u Shangai is-sena li għaddiet kien ilaħħaq is-700 miljun Dollaru Amerikan.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990