Left arrow Go Back

1,050 ANZJAN U ANZJANA JIEĦDU SEHEM F’PROGRAMMTA’ MIXI

PR0528
Date Icon 25/03/2010

Id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fi ħdan ir-Residenza San Vinċenz de Paul, fl-2009 nieda kampanja biex iħeġġeġ aktar anzjani jagħmlu użu miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum (day centres) ipprovduti mill-Gvern. Fl-istess ħin l-anzjani li jattendu dawn iċ-Ċentri kienu mħeġġa jibdew programm ta’ eżerċizzju fiżiku billi jimxu fil-madwar tal-belt jew raħal tagħhom.

B’riżultat ta’ dan, fuq medja ta’ xahar, 1,050 anzjan/a jieħdu sehem fi programm ta’ mixi organizzat mid-Day Centres taż-Żurrieq, iż-Żejtun, St. Venera, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar. Il-programm ta’ mixi huwa mifrux fuq sitt ġimgħat. Dan ifisser li għal kull mixja li ssir, jieħdu sehem medja ta’ 175 anzjan/a.

Dan sar bl-iskop li jiġi promoss l-eżerċizzju fiżiku fost l-anzjani. Dawn il-programmi kienu suċċess u mistennija jkomplu jinfirxu fil-kumplament taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow