Delegazzjoni kummerĊjali miĊ-Ċina se ŻŻur Malta f'Ġunju
Wara li fl-2009 kienu ffirmati 12-il ftehim bejn Malta u ċ-Ċina, l-Għaqda li tirrappreżenta s-sidien tan-negozju f'Beijing, iddikjarat li se tkun qeda tmexxi delegazzjoni kummerċjali lejn Malta f'Ġunju li ġej.
Dan fid-dawl tal-fatt li ż-żewġ pajjiżi qablu li f'Mejju li ġej, jirrevedu l-ftehim ta' ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja. Din l-aħbar ħarġet minn laqgħat li bħalissa qed ikollu l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dr Tonio Borg fiċ-Ċina.
Il-Ministru Borg kellu laqgħat mal-Viċi Prim Ministru Ċiniż, Li Keqiang. Din il-laqgħa saret immedjatament wara li l-Viċi Prim Ministru Malti ndirizza lil madwar sebgħin sid ta' negozju f'Beijing.
Huwa elenka l-punti l-iktar sinifikanti tal-Viżjoni 2015 u spjega dak li Malta toffri lil investitur barrani. B'mod partikolari huwa semma r-riżors uman ta' kwalita’ li joffri pajjiżna.
Il-laqgħat tal-Viċi Prim Ministru Borg ikomplu permezz ta' żjara f'Shangai, fejn se jkun qed isegwi ix-xogħol li għaddej bħalissa fil-padiljun ta' Malta fix-Shangai Expo.
Bejn l-2005 u l-2008, in-negozju bejn Malta u ċ-Ċina rdoppja. Malta kienet l-unika pajjiż minn dawk membri taż-żona ewro li rregistrat tkabbir fin-negozju maċ-Ċina matul l-2009.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990