KONĊESSJONI, TMEXXIJA U ŻVILUPP KUMMERĊJALI TAL-KUMPLESS DRAGONARA
Is-sena l-oħra, il-MIMCOL għan-nom tal-Gvern u ta’ Casma Limited, ippubblikat sejħa għall-offerti għall-konċessjoni, t-tmexxija u l-iżvilupp kummerċjali tal-kumpless Dragonara Casino f’San Ġiljan, għal perjodu ta’ għaxar snin.
Il-proposti li daħlu kienu tlieta: Tomino Limited, Novomatic Peninsula Consortium u d-Dragonara Casino Limited, rispettivament.
Dawn it-tliet proposti ġew shortlisted kollha u ntalbu jagħtu l-aħjar u l-aħħar offerta finanzjarja tagħhom (Best and Final Financial Offer), fir-rigward ta’ l-ammont pagabbli għall-konċessjoni, kif ukoll fir-rigward tal-kera annwali tal-Casino tul l-għaxar snin tal-konċessjoni. L-offerti ġew soIs-sena l-oħra, il-MIMCOL għan-nom tal-Gvern u ta’ Casma Limited, ippubblikat sejħa għall-offerti għall-konċessjoni, t-tmexxija u l-iżvilupp kummerċjali tal-kumpless Dragonara Casino f’San Ġiljan, għal perjodu ta’ għaxar snin.
Il-proposti li daħlu kienu tlieta: Tomino Limited, Novomatic Peninsula Consortium u d-Dragonara Casino Limited, rispettivament.
Dawn it-tliet proposti ġew shortlisted kollha u ntalbu jagħtu l-aħjar u l-aħħar offerta finanzjarja tagħhom (Best and Final Financial Offer), fir-rigward ta’ l-ammont pagabbli għall-konċessjoni, kif ukoll fir-rigward tal-kera annwali tal-Casino tul l-għaxar snin tal-konċessjoni. L-offerti ġew sottomessi llum u nfetħu fil-preżenza ta’ Nutar, uffiċjali tal-MIMCOL u tal-Ministeru tal-Finanzi kif ukoll rappreżentanti tat-tliet bidders.
Kif stipulat minn qabel, l-offerti sottomessi ġew evalwati fuq bażi ta’ net present value, bir-riżultat li l-aħjar offerta hija dik ta’ Novomatic Peninsula Consortium, li tammonta għal €12,780,760 f’termini ta’ net present value.
Fuq l-istess bażi, Tomino Ltd u Dragonara Casino Ltd offrew €11,040,917 u €10,195,170 rispettivament.
Fil-jiem li gejjin, huwa mistenni li jibda l-proċess ta’ negozjati mal-konsorzju rebbieħ.
ttomessi llum u nfetħu fil-preżenza ta’ Nutar, uffiċjali tal-MIMCOL u tal-Ministeru tal-Finanzi kif ukoll rappreżentanti tat-tliet bidders.
Kif stipulat minn qabel, l-offerti sottomessi ġew evalwati fuq bażi ta’ net present value, bir-riżultat li l-aħjar offerta hija dik ta’ Novomatic Peninsula Consortium, li tammonta għal €12,780,760 f’termini ta’ net present value.
Fuq l-istess bażi, Tomino Ltd u Dragonara Casino Ltd offrew €11,040,917 u €10,195,170 rispettivament.
Fil-jiem li gejjin, huwa mistenni li jibda l-proċess ta’ negozjati mal-konsorzju rebbieħ.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990