IL-PRIM IMĦALLEF JATTENDI KONFERENZI FL-IRLANDA / CHIEF JUSTICE TO ATTEND CONFERENCES IN IRELAND
Il-Prim Imħallef, Vincent De Gaetano, jinsab Dublin biex jattendi l-Assemblea Ġenerali u Colloquium tan-Network of the Presidents of the Supreme Judicial Courts of the European Union. Dan in-network jiġbor flimkien il-Presidenti u l-Prim Imħallfin tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Presidenti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Assemblea Ġenerali u l-Colloquium, li ser jiltaqgħu fid-19 ta’ Marzu 2010, qed jiġu ospitati mill-Qorti Suprema tal-Irlanda. Il-Colloquium ser jiddiskuti aspetti prattiċi ta’ l-indipendenza tal-ġustizzja.
Sakemm idum barra minn Malta l-Prim Imħallef, l-Onor. Imħallef Joseph Filletti ser ikun Aġent Prim Imħallef.
CHIEF JUSTICE TO ATTEND CONFERENCES IN IRELAND
The Chief Justice, Vincent De Gaetano, has left Malta for Dublin to attend the General Assembly and Colloquium of the Network of the Presidents of the Supreme Judicial Courts of the European Union. The Network brings together the Presidents and Chief Justices of the member states of the European Union, together with the Presidents of the European Court of Human Rights and the Court of Justice of the European Communities.
The General Assembly and the Colloquium, which are being held on the 19 March 2010, are being hosted by the Supreme Court of Ireland. The Colloquium will be discussing practical aspects of the independence of justice.
During the absence of the Chief Justice, the Hon. Mr Justice Joseph Filletti will be Acting Chief Justice.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990