Left arrow Go Back

KONFERENZA DWAR L-AGRIKOLTURA ORGANIKA U EKO-GĦAWDEX

PR0477
Date Icon 17/03/2010

Il-Ministeru għal Għawdex b’kollaborazzjoni mal-Moviment Malti għall-Agrikoltura Organika (MOAM) illum organizza konferenza internazzjonali dwar l-agrikoltura organika u eko-Għawdex.

Din il-konferenza ttellgħet fid-dawl tal-viżjoni tal-gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika, fi żmien meta f’Għawdex, fil-jumejn li ġejjin se jiltaqa’ l-grupp Ewropew tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Movimenti dwar l-Agrikoltura Organika (IFOAM-EU). Fil-laqgħa tagħhom, li tinżamm kull sitt xhur, il-parteċipanti se jkunu qegħdin jiddiskutu l-issues kurrenti u l-iżvilupp ta’ policies Ewropej ġodda fl-agrikoltura organika.

Waqt diskors li għamlet fil-ftuħ ta’ din il-konferenza, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono qalet li din il-konferenza se tippreżenta opportunità unika ta’ informazzjoni dwar l-agrikoltura organika u s-sinifikat tagħha għal kisba ta’ żvilupp sostenibbli. Hija saħqet li l-agrikoltura tibqa’ wieħed mill-pilastri ekonomiċi l-aktar f’saħħithom tal-gżira u timxi id f’id mal-viżjoni Eko-Għawdex.

Qalet ukoll li l-agrikoltura organika ma tfissirx biss prattiċi organiċi bla kimika, iżda wkoll kwalità ta’ ħajja aħjar li tissarraf f’riżultat aktar pożittiv għall-bidwi. Il-Ministru żiedet tgħid li l-agrikoltura sostenibbli f’Għawdex iżżid mal-valur ta’ l-identità unika tal-gżira u għandha effett dirett fuq il-pajsaġġ, is-settur ta’ l-impjiegi u t-turiżmu.

Il-konferenza Organic Agriculture and eco-Gozo – A world of challenges, opportunities and innovation kienet indirizzata minn kelliema minn Malta, l-Islanda, il-Belġju, is-Slovenja, l-Ungerija u l-Ġermanja, li ttrattaw diversi suġġetti fosthom l-enerġija alternattiva, il-biedja organika, l-isfidi globali u lokali ta’ gżira ekoloġika u r-regolamenti Ewropej dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti organiċi. Tkellem ukoll is-Sur Christopher Stopes, il-President ta’ l-IFOAM-EU. Għal din il-konferenza attendew persuni minn setturi differenti fosthom l-agrikoltura, l-ambjent, it-turiżmu, in-negozju, studenti u l-pubbliku in ġenerali.

Din il-konferenza ġiet fi tmiemha bi ftuħ uffiċjali ta’ wirja kollettiva ta’ arti bit-tema ‘Perspectives of an Ecological Island’, b’xogħlijiet imtellgħa minn erba’ artisti Maltin u Għawdxin u tittratta l-ġmiel naturali ta’ Għawdex. Dawn ix-xogħlijiet jixhdu l-karatteristiċi ambjentali u rurali tal-gżira li huma element fundamentali f’dik li hi l-ħidma ewlenija fil-kunċett Eko-Għawdex. Kien għalhekk importanti li dan l-element jingħata wkoll perspettiva artistika li mhux biss tesprimi l-ħsibijiet ta’ l-artist, iżda ħafna drabi tirrifletti s-sentimenti tas-soċjetà.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow