Left arrow Go Back

IZ-ZJARA TAL-Q.T. IL-PAPA BENEDITTU XVI: MIJIET TA’ MALTIN SER IKOLLHOM L-OPPORTUNITA’ LI JAKKUMPANJAW BID-DGHAJJES LILL-Q.T. IL-PAPA BENEDITTU XVI WAQT IT-TRAĠITT MIX-XATT TAL-KALKARA SAL-VALLETTA WATERFRONT

PR0467
Date Icon 16/03/2010

Waqt konferenza ta’ aħbarijiet li saret dalgħodu abbord il-Patrol Boat P31 tal-Forzi Armati ta’ Malta, ingħataw dettalji tal-attivita’ li ser tkun organizzata nhar il-Ħadd 18 ta’ April 2010 wara nofsinhar, fix-Xatt tal-Kalkara, meta l-Q.T. il-Papa Benedittu XVI ser jitlaq mix-Xatt tal-Kalkara għall-Valletta Waterfront.

Charles Bonello, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv Nazzjonali qal illi qabel ma jasal il-Q.T. il-Papa fil-Kalkara, iż-żewġ baned tal-Kalkara ser jingħaqdu flimkien biex jorganizzaw marċ mill-Mina tal-Kalkara sal-post fejn ser ikun marbut il-Katamaran ‘San Pawl’ li fuqu ser jivjaġġa l-Papa Benedittu XVI.

Hekk kif jasal il-QT il-Papa, għal ħabta tal-4.45 p.m., ser jintlaqa’ mis-Sindku tal-Kalkara, is-Sur Michael Cohen u l-Kappillan, l-Kanonku Anton Galea Scanura. Wara l-QT il-Papa jsellem lill-pubbliku prezenti u jitla’ fuq il-Katamaran biex jaqsam il-Port il-Kbir, vjaġġ li mistenni jieħu madwar għoxrin minuta.

Charles Bonello kompla li din l-attivita’ mistennija toħloq atmosfera sabiħa kemm minħabba s-sbuħija naturali tal-Port il-Kbir u kemm minħabba li ser tingħata l-opportunita’ lil mijiet ta’ Maltin u Għawdxin li jakkumpanjaw bid-dgħajjes tagħhom waqt li l-Papa Benedittu XVI jkun qiegħed jaqsam il-Port il-Kbir.

Lt Col. Martin Sammut qal li l-Forzi Armati ta’ Malta ġew inkarigati mill-ko-ordinament ta’ dan it-traġitt u għalhekk qed tieħu ħsieb kemm il-lat ta’ sigurta’ kif ukoll il-ko-ordinazzjoni tat-traġitt. Dan qed isir ukoll bil-partecipazzjoni ta’ forzi oħra tas-sigurta’.

Mons. Charles Cordina qal illi meta kien zar pajjiżna, l-Papa Gwanni Pawlu II, kien baqa’ impressjonat bl-attivita’ li kienet seħħet fil-Port il-Kbir u l-laqgħa li kienu tawħ in-nies tal-inħawi tal-Port il-Kbir; u għalhekk iż-żewġ kumitati qablu li din il-merħba tingħata wkoll lill-Papa Benedittu XVI.

Minn naħa tiegħu, is-Sindku tal-Kalkara Michael Cohen irringrazzja lil Kumitati Organizzattivi talli għazlu lill-Kalkara għal din l-attivita’. Michael Cohen qal li l-komunita’ tal-Kalkara tapprezza mmens din l-għazla u ser tagħti merħba kif jixraq lill-QT il-Papa.

Indirizza wkoll lill-ġurnalisti Dun Ray Toledo, li spjega l-involviment ta’ dgħajjes privati fil-Port il-Kbir waqt it-traġitt li ser jagħmel il-QT il-Papa Benedittu XVI.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow