IL-QAGĦDA FINANZJARJA TIBQA’ FUQ QUDDIEM TAL-AĠENDA TAL-ECOFIN
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi ta’ l-Unjoni Ewropea (ECOFIN).
L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.
Waqt il-laqgħa, id-diskussjonijiet se jiffukaw fost l-oħrajn dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir, b’mod ġenerali s-sitwazzjoni fil-Greċja; it-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew, b’mod partikolari l-adozzjoni tal-Konklużjonijiet dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropa 2020 kif ukoll il-finanzjament tal-bidla tal-klima.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990