Left arrow Go Back

INAWGURAT L-UFFIĊĊJU DISTRETTWALI L-ĠDID TAL-ENEMALTA F’GĦAWDEX

PR0456
Date Icon 15/03/2010

L-Uffiċċju Distrettwali tal-Korporazzjoni Enemalta, fix-Xewkija Għawdex kien inawgurat mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, fil-preżenza tal-Ministru gћal Gћawdex, l-Onor. Giovanna Debono u ċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, Ing. Alex Tranter.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru Fenech spjega li dan is-sit se jservi eventwalment ukoll bħala s-sit il-ġdid għaċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni 33kV li qed jinbena bħalissa.

Dan se jipprovdi l-parti l-kbira tal-bżonnijiet għal Għawdex. Il-Qala se tinżamm ukoll fuq in-networku b’hekk il-kapaċità se tissaħħaħ sostanzjalment. Tonio Fenech żied jgћid li sigurtà u provvista adegwata ta’ enerġija f’Għawdex hija essenzjali biex din il-gżira tilħaq il-miri tagħha ta’ tkabbir ekonomiku u l-objettivi għal Eko-Għawdex.

Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni mistenni jitlesta din is-sena. L-Enemalta ħarġet offerta (tender) għall-provvista u l-installazzjoni tat-tagћmir meћtieġ fi tlett ċentri ta’ distribuzzjoni, inkluż tax-Xewkija, li qed jiġi evalwat fil-preżent. Dan se jfisser investiment totali ta’ €5.7 miljun ewro. Dan iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni se jkollu sistema kompjuterizzata ta’ kontroll li tippermetti remote monitoring u operation tat-tagħmir, b’mod li jkun integrat fis-sistema tal-Enemalta (magħrufa bħala SCADA), li hija operata fuq bażi ta’ 24 siegħa mill-Head Office tal-Enemalta.

In-network tal-elettriku f’Għawdex bħalissa huwa bbażat fuq iċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni fil-Qala, fil-lvant tal-Gżira u għalhekk, dan l-investiment se jkun qiegħed itejjeb il-kapaċità ta’ trażmissjoni u d-distribuzzjoni f’din il-gżira.

Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ proġetti ewlenin tal-Korporazzjoni Enemalta, bћall-investiment importanti tal-estensjoni tal-Power Station f’Delimara.

Fost dawn insibu:

·       L-Interconnector (€153m): li se jgħaqqad lill-Malta mal-grid Ewropew tal-enerġija.

·       Cables ġodda 132 kv (€5.8m): Installazzjoni ta’ żewġ cables ġodda 132kv, twal 8km, f’mina taħt l-art bejn il-Power Station u d-Distribution Centre tal-Marsa Industrial Estate.

·       Ċentru ta’ Distribuzzjoni tal-Kappara (DC) (€20m): Riċentement ħareġ tender għal DC ġdid fil-Kappara, fejn bħalissa qed jinbnew il-mini taħt l-art u dan mistenni jitlesta s-sena d-dieħla. Dan se jkun punt fokali għad-distrubuzzjoni tal-enerġija fil-grigal ta’ Malta u biex jgħaqqad mal-interconnector mal-grid Ewropew.

Il-Ministru għalaq billi rringrazzja lil Ing. Alex Tranter, iċ-Chairman preżenti tal-Enemalta għas-servizz li ta lil Korporazzjoni f’dawn l-aħħar 5 snin u awguralu kull success fil-kariga ġdida tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow