Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR0443
Date Icon 12/03/2010

Sigurtà fil-kwalità  tal-ikel

It-Taqsima tar-Regolament Veterinarji fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali tirreferi għal xi rapporti f’sezzjoni tal-istampa u tgħarraf li bħalma għamlet dejjem, ser tibqa’ żżomm il-kwalità tal-ikel bħala l-ogħla prijorità tagħha.

Hekk kif il-bieraħ filgħodu ġie rrappurtat li waqt inspezzjoni ta’ kontroll instab li kien hemm xi nuqqasijiet, ittieħdet azzjoni immedjata mill-kuntrattur inkarigat sabiex isiru l-aġġustamenti meħtieġa, u b’hekk tibqa’ tkun assigurata l-kwalità tal-ikel.  It-Taqsima għar-Regolament Veterinarju tgħarraf lill-pubbliku ma hemm l-ebda lok ta’ allarm u huwa għalhekk li dawn il-kontrolli jsiru b’mod regolari, minħabba li n-natura tal-post u l-attività li ssir fih tirrikjedi dan. Ta’ min jinnota illi riċentament ġie mġedded il-kuntratt biex ikun hemm kontroll kontinwu ta’ disinfestazzjoni tal-Biċċerija sabiex dan is-servizz jibqa’ jsir b’mod regolari.

Id-Dipartiment jenfasizza li n-nuqqasijiet irrapurtati huma limitati għas-sezzjoni tal-emerġenza biss li fiha jkun hemm il-karkassi ta’ żwiemel, nagħaġ u mogħoż u mhux fil-biċċerija kollha. Sa dan it-tant id-Dipartiment jgħarraf ukoll li fil-futur immedjat se tingħalaq l-emerġenza u l-qtil taż-żwiemel, nagħaġ u mogħoż jibda jsir fuq il-linji fil-biċċerija ta’ Malta u ta’ Għawdex skont kif jiġri bi speċi oħrajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow