JUM DINJI TAL-GLAUCOMA 2010: 3% TAL-MALTIN ‘L FUQ MINN 40 SENA JBATU MILL-GLAUCOMA
3% tal-Maltin ‘l fuq minn 40 sena jbatu mill-Glaucoma
Il-Glaucoma hija kundizzjoni serja li twassal għal nuqqas ta’ vista billi teqred in-nerv tal-għajn. Is-simtomi huma ftit u xi drabi wieħed tassew ma jħoss xejn. Meta wieħed jinduna li għandu xi ħaġa ħażina dan ikun tard wisq. Għalhekk illum, 12 ta’ Marzu, l-Għaqda Dinija tas-saħħa waqqfet din il-ġurnata biex ikun hemm aktar għarfien ta’ din il-marda tal-għajnejn, tant serja.
F’Malta din il-problema issa ila li ġiet indirizzata u nħoloq il-program ta’ screening tal-glaucoma. Dan kollu qiegħed isir wara li f’Malta kien sar l-ewwel studju xjentifiku ta’ din il-marda fil-bidu tas-snin disgħajn. Dan l-istudju wera li f’Malta l-persentaġġ tan-nies li potenzjalment jistgħu jiżviluppaw il-Glaucoma huwa ta’ tlieta fil-mija tal-popolazjoni ta’ eta’ il-fuq minn 40 sena. Dan ifisser li għall-poplu Malti fejn l-eta’ ta’ l-għajxien qiegħda kull ma jmur tiżdied, allura n-numru tan-nies li jistgħu jiżviluppaw din il-kundiżżjoni dejjem ser jikber.
Biex ikun jista’ jintlaħaq il-poplu kollu, is-servizz ta’ screening beda’ jifforma parti mid-Dipartiment tal-Kura Primarja u dan ilu jingħata għal dawn l-aħħar 14-il sena miċ-ċentri tas-saħħa. Fil-preżent hawn sitt ċentri li qed joffru dan is-servizz wara li s-sena l-oħra nfetaħ unit ġdid fiċ-ċentru ta’ Birkirkara. Matul is-sena 2009 il-fuq minn 4,600 użaw dan is-servizz.
Is-sena l-oħra tħabbar li kien hemm il-ħsieb li titwaqqaf assoċjazzjoni ta’ pazjenti li jsofru bil-Glaucoma bħala ‘support group’. Dan il-grupp issa twaqqaf u qiegħed jaħdem biex jitwaqqaf statut li jirregola lil din l-assoċjazzjoni u b’hekk tkun tista’ tiġi reġistrata lokalment. Huwaq ttamat li din tkun ta’ support veru għal pażjenti u tgħin biex dak li jkun jifhem li, l-ewwelnett mhux waħdu u t-tieni, ikun forum ta’ għajnuna fit-tagħlim u l-edukazzjoni biex il-kura tkun aktar bikrija u konsistenti.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990