L-AMBAXXATUR MALTI FIL-BELĠJU JILTAQA’ MAL-PRESIDENT TAL-PARLAMENT FEDERALI TAR-RENJU TAL-BELĠJU
L-Ambaxxatur ta' Malta għar-Renju tal-Belġju, is-Sur Pierre Clive Agius, dan l-aħħar iltaqgħa mas-Sur Patrick Deweal, il-President tal-Parlament Federali tar-Renju tal-Belġju.
Matul il-laqgħa, bosta kwistjonijiet ġew diskussi, nkluża s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni llegali f'Malta, il-Mediterran u l-possibbiltà li jiġi stabbilit grupp ta' Malta fil-Parlament Federali.
Patrick Deweal, li fost il-karigi preċedenti kien Ministru Federali tal-Intern tal-Belġju, kien konxju ħafna ta' l-isfidi tal-immigrazzjoni llegali. Huwa indika li l-immigrazzjoni se tkun fuq l-aġenda tal-Presidenza Belġjana ta' l-Unjoni Ewropea li jmiss.
L-Ambaxxatur Agius esprima t-tama tiegħu li l-Belġju, membru fundatur ta' l-UE, juri s-solidarjetà konkreta ma’ Malta billi jipparteċipa fil-proġett pilota tal-UE għal Malta u l-Belġju jkun jista’ jieħu għadd ta' persuni li qed ifittxu l-ażil.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990