ĦATRIET TA’ ASSISTENTI PARLAMENTARI
Wara konsultazzjoni mal-Grupp Parlamentari kollu, il-Prim Ministru ddeċieda li jinkariga lil dawn il-Membri Parlamentari biex ikunu Assistenti Parlamentari:
• L-Onor Franco Debono, Assistent Parlamentari mal-Prim Ministru;
• L-Onor Frederick Azzopardi assenjat bħala Assistent Parlamentari mal-Ministru għal Għawdex;
• L-Onor Charlo’ Bonnici mal-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni;
• L-Onor Philip Mifsud mal-Ministru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali;
• L-Onor Stephen Spiteri mal-Ministru għall-Edukazzjoni, Xogħol u Familja;
• L-Onor Robert Arrigo mal-Ministru għall-Finanzi, Ekonomija u Investiment;
• L-Onor Beppe Fenech Adami assenjat bħala Assistent Parlamentari mal-Ministru tal-Ġustizzja u Intern; u
• L-Onor Peter Micallef mal-Ministru għas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’.
Il-koordinazzjoni tal-Assistenti Parlamentari fil-ħidma fil-Parlament ser issir mill-Onor. David Agius bħala Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern u dan taħt id-direzzjoni tal-Vici Prim Ministru u Ministru għall-Affarjiet Barranin u Kap tal-Kamra tad-Deputati, Tonio Borg.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990