Left arrow Go Back

IL-JUM DINJI TAL-MARA - IL-KUMMISSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA TIFTAĦ LIBRERIJA REFERENZJALI

PR0407
Date Icon 08/03/2010

It-8 ta` Marzu sar jum rikonoxxut globalment li jfaħħar is-suċċessi soċjali, ekonomiċi kif ukoll politiċi, miksuba minn nisa tal-bieraħ, t’issa u tal-futur. Dan hu turija simbolika tal-bidla fl-attitudni tas-soċjeta` u l-mod kif tħares lejn l-ugwaljanza u l-emanċipazzjoni tal-mara. Filwaqt li hemm min jaħseb li ‘l-battalji tan-nisa ntrebħu’, ix-xogħol li qed tagħmel il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika huwa xhieda tal-oppost. Għad hemm nisa li minflok huma milqugħa b’bukkett mimosa jħabbtu wiċċhom ma` tgħajjir u swat. Għalhekk, waqt li tfakkar il-Jum Dinji tal-Mara, il-Kummissjoni, tagħraf il-progress miksub, iżda tisħaq li għad fadal xi jsir. Eżempju ta` dan hu l-fatt li l-ugwaljanza fis-soċjeta` m’hix l-istess għal kulħadd u għalhekk hemm nisa li huma vittmi ta` vjolenza inkluż vjolenza domestika.

Il-Vjolenza Domestika hija att kriminali li jikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, bħad-dritt għall-ħajja kif ukoll id-dritt għall-integrita` fiżika u psikoloġika. Il-konsegwenzi huma devastanti mhux biss għal dawk li jesperjenzaw il-vjolenza imma wkoll għall-membri tal-familja speċjalment għat-tfal. Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika ħadet diversi inizjattivi biex tindirizza dan il-fatt fosthom l-enfasi magħmula fuq il-bżonn ta` approġġ multidixxiplinarju u integrat. Barra minn hekk il-Kummissjoni tenfasizza l-bżonn ta` prevenzjoni u deduzzjoni bikrija kif uriet fis-Seminar organizzat fl-20 ta` Novembru 2009 imsemmi An Integrated Approach to Domestic Violence. Il-Kummissjoni qed tippjana kampanja nazzjonali fuq medda ta` sena u nofs bħala parti minn proġett tal-Fond Soċjali Ewropew. 
. 
Il-Jum Dinji tal-Mara m’huwiex biss importanti biex jiġu mfakkra s-suċċessi tal-mara, imma ukoll biex teduka u tinforma lis-soċjeta` dwar il-vjolenza u l-abbuż li jeżisti u li n-nisa jridu jifaċċjaw. Fil-fatt il-Kummissjoni ħadet l-opportunita` biex tiftaħ librerija ta` riferenza għall-pubbliku ġenerali kull nhar ta’ Tlieta mill-10 a.m. sa 12.30 p.m. fil-bini tagħha Blokk C, Beltissebħ, Furjana.

Għal iżjed informazzjoni wieħed jista` jċempel fuq in-numru 25687251 jew jibgħat email lildomesticviolence@gov.mt  kif ukoll jidħol fis-sit www.domesticviolence.gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow