STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
PR0383
04/03/2010
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech kien infurmat miċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, is-Sur Alex Tranter, li se jkun qiegħed jaċċetta kariga ġdida ma’ kumpanija multinazzjonali barra minn Malta.
Għaldaqstant, is-Sur Tranter informa lill-Ministru Fenech li kien se jirreżenja mill-pożizzjoni ta’ Chairman tal-Enemalta. Madankollu, is-Sur Tranter se jkompli f’din il-kariga matul il-proċess ta’ transizzjoni sakemm ikun appuntat Chairman ġdid.
Il-Ministru Tonio Fenech jirringrazzja lis-Sur Tranter tal-kontribut siewi li ta lil din il-korporazzjoni u awguralu kull suċċess fl-esperjenza l-ġdida tiegħu.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990