Left arrow Go Back

INVESTIMENT TA’ €17-IL MILJUN F’PARK TAL-AVJAZZJONI ĠDID

PR0376
Date Icon 03/03/2010

Il-kumpanija SR Technics se tibda topera f’pajjiżna fix-xhur li ġejjin fil-Park tal-Avjazzjoni l-ġdid, li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqu, b’investiment ta’ €17-il miljun. Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech waqt konferenza tal-aħbarijiet fuq is-sit tal-park. 

Tonio Fenech spjega kif l-industrija tal-avjazzjoni kompliet tikber u Malta kienet fuq quddiem nett biex tibbenefika minn dawn l-opportunitajiet u tattira lejn pajjiżna investiment ta’ kwalità li joħloq postijiet tax-xogħol ġodda u aħjar. Pajjiżna joffri numru ta’ servizzi lil-linji tal-ajru, mill-manutenzjoni u t-tiswija ta’ ajruplani, makni u komponenti, sa servizzi finanzjarji, call centres, software development u servizzi oħra ta’ appoġġ.

Bl-investimenti ġodda li saru fl-aħħar xhur, l-għadd ta’ impjegati fis-settur se jitla’ għal 1,400. Il-Ministru Tonio Fenech sostna li “l-Gvern kien konxju mill-potenzjal ta’ dan is-settur u li dan jiddependi ħafna fuq kapaċitajiet tekniċi u għalhekk offrejna pakkett attraenti ta’ inċentivi fiskali u nċentivi oħra filwaqt li ninvestu bis-saħħa f’edukazzjoni speċifika għal dan is-settur.”

Il-Ministru Tonio Fenech saħaq li l-Park tal-Avjazzjoni, investiment ta’ €17-il miljun fuq 200,000 metru kwadru huwa essenzjali biex insiru ċentru ta’ l-eċċellenza fit-tiswija tal-ajruplani. L-għan tal-park huwa li jingħata aċċess dirett u aħjar għal runway u tkun iffaċilita l-parkeġġ tal-ajruplani li jaslu għal manutenzjoni.

Il-Park se jkun fully operational sal-aħħar tas-sena u se jilqa’ l-SR Technics fir-Ramp Up phase, l-ewwel sentejn/tlieta, sakemm tinbena 4-bay-hanger-facility f’Park 4 fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. L-ewwel ajruplani tal-SRT mistennija jaslu f’Settembru 2010.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow