Left arrow Go Back

DISKORS MILL-MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’, L-ONOR. JOE CASSAR WAQT IT-TNEDIJA TAL-PROĠETT CHILD HEALTH ELECTRONIC SURVEILLANCE SYSTEM (CHESS) – SLIEMA – 3 TA’ MARZU 2010

PR0374
Date Icon 03/03/2010

Huwa pjaċir kbir tiegħi li dal-għodu, flimkien mal-Ministru Dolores Cristina, invaraw il-proġett Child Health Electronic Surveillance System, CHESS.  

Dan il-proġett huwa ħolqa oħra importanti ħafna fil-katina tat-tisħieħ tal-Kura tas-Saħħa Primarja f’pajjiżna għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett għaliex il-Kura tas-Saħħa Primarja tibda mit-twelid u eventwalment tkompli fit-tfulija u matul il-ħajja. It-tieni, għaliex pedina essenzjali fis-sistema kollha tas-Saħħa hija l-Kura Preventiva. 

Huwa fil-qafas ta’ l-iskola li jista’ jsir tant ġid anke fis-settur tas-Saħħa. Nedukaw lill-uliedna fuq l-ikel li jieklu u l-eżerċizzju li jagħmlu, imma wkoll permezz tas-servizz tan-nurses u tobba fl-iskejjel, ħafna kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ wliedna jiġu identifikati minn kmieni, meta jitfaċċaw. Mhux biss kundizzjonijiet ta’ mġieba imma anke dawk fiżiċi u xi drabi kroniċi.  

Din is-sistema tista’ tkun aċċessibli wkoll għat-tobba tal-familja li jkunu jridu jinvestigaw sew is-saħħa tat-tfal wara li dawn ikunu ġew eżaminati mit-team tal-Primary Child Health Programme.  

Bħalma qalet Dr. Farrugia Sant’Angelo, permezz taċ-Child Health Electronic Surveillance System (CHESS), se nkunu qed insegwu mill-qrib is-saħħa tat-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex mill-eta’ ta’ sitt ġimgħat sa’ l-eta’ ta’ 11 il-sena. Iċ-Child Health Electronic Surveillance System se tkompli tiffaċilita aktar il-ġbir ta’ statistika li permezz tagħha l-Gvern jista’ jfassal aħjar il-policies tiegħu fis-settur tas-saħħa sabiex il-familja, minn kmieni tkun aktar b’saħħitha. 

Nifraħ lill-Iskola Primarja ta’ tas-Sliema li laqgħatna llum, b’mod partikolari lill-Kap ta’ l-iskola, Miss Sciberras li hija ddedikata ferm għal ġid tat-tfal kollha li jattendu f’din l-iskola. Nifraħ ukoll lit-team tal-Primary Child Health Programme u lil Dr Victoria Farrugia Sant’Angelo għall-ħidma tagħhom fi ħdan l-iskejjel kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow